Strateġija biex tweġġa’ l-Professjonisti


  September 1, 2020 2:44 pm

Is-sena l-oħra l-Malta Union of Midwives and Nursesimminat l-Allied Health Professionals, milli jinnegozjaw FtehimSettorjali ġdid billi pprovat twaqqaf id-direttur tax-xogħol milli jlestiproċess ta’ għarfien.

F’Ottubru 2019, wara li l-proċess ta’ għarfien kienkonkluż, u l-UĦM Voice of the Workers ġiet rikonoxxuta bħala l-Unjin ligħandha tirrapreżenta dawn il-professjonisti, l-MUMN reġgħet ppersistietb’mandat ieħor sabiex twaqqaf in-negozjati. Deher biċ-ċar li dan il-mandat kienwieħed biss biex jimmina d-dritt sagrosant ta’ aktar minn 1000 professjonist ukien għalhekk li dan il-mandat kien miċħud mill-Qorti.

Hi ta’ sfortuna illi sena wara, fl-ewwel ġurnata wara liġew magħluqa n-negozjati tal-Ftehim Settorjali ta’ dawn il-professjonisti,l-Union tal-Infermiera reġgħet fetħet mandat t’inibizzjoni ieħor, bl-istessargumenti li ġew preżentati s-sena l-oħra. Din it-tattika mhi xejn għajr minnstrateġija sabiex tweġġa’ lil dawn il-professjonisti, inkluż il-fiżjoterapistili tant tisħaq li għandha għal qalbha.

Il-Fatti huma dawn:

  • Il-UĦM Voice of theWorkers ingħatat l-għarfien tal-Allied Health Professionals lijinkludu Audiologists, Biomedical Scientists, Dental Hygienists, DentalTechnologists, Occupational Therapists, Physiotherapists, Podiatrists,Radiographers u Speech Language Pathologists f’Settembru 2019.
  • F’Ottubru 2019, il-Uniontal-Infermiera fetħet mandat t’inibizzjoni sabiex twaqqaf milli l-UĦM Voiceof the Workers tinnegozja pakkett ta’ kundizzjonijiet għal dawnil-professjonisti, għax ir-riżultat tal-proċess ta’ verifika ma għoġobhiex uppretendiet mod ieħor.
  • Fid-deċiżjoni tal-mandat,il-Qorti kienet avżat li “għadd kbir ta’ professonjisti…..li m’għandhom x’jaqsmuxejn ma’ din  it-tilwima u […] qedjistennew li jiġi konkluż il-ftehim settorali bit-tama li  l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom jiġiregolat aħjar”. Jidher biċ-ċar li l-Union tal-Infermiera ma tatx widen għal diniċ-ċanfira u allavolja tilfet il-mandat iddeċidiet li terġa’ tittanta xortiha askapitu ta’ dawn il-professjonisti.
  • Din id-deċiżjoni jidher li maniżlitx sew lill-MUMN tant li lbieraħ, wara li ġew konklużi n-negozjatital-Ftehim Settorjali ta’ dawn il-ħaddiema, reġgħet fetħet mandat li reġgħettalbet lill-Qorti l-istess ħaġa identika li talbet is-sena l-oħra.
  • B’dan il-ftuħ ta’ mandatifisser li l-Allied Health Professionals qed jiġu mċaħħda milli jgawduminn kundizzjonijiet ġodda inkluż pagi li jirriflettu r-responsabbiltajiet ta’dawn il-professjonisti.
  • Dan il-mandat ifisser ukollli dawn il-kundizzjonijiet mhux ser jidħlu fis-seħħ mill-inqas sa xahar ieħor upotenzjalment bejn sena u tliet snin oħra.

Filwaqt, li l-UĦM Voice of the Workers dejjemaġixxiet fil-parametri tagħha u b’mod professjonali skont il-liġijiet lijirregolaw ir-relazzjonijiet industrijali, ħaddieħor li qed isejjaħ l-għenebbħala qares, qiegħed jibqa’ jimmina milli dawn il-professjonisti igawdukundizzjonijiet aħjar.

Din il-Union fiduċjuża illi s-sens komun se jibqa’jipprevali, hu tkompli tisħaq li dan l-aġir mill-Union tal-infermiera huwa aġirli mhux fl-interess tal-ħaddiema.