Latest News


Ħtieġa li nirrispondu malajr għall-kriżi nazzjonali li ninsabu fiha

 18 Dec 2019

“Jeħtieġ li nirrispondu kemm jista’ jkun malajr għal din il-kriżi nazzjonali sabiex ma naggravawx is-sitwazzjoni”.

Dan  qalu Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers waqt attività għad-delegati tal-union li saret fl-Istitut Kattoliku, il-Furjana nhar il-Erbgħa 18 ta’ Diċembru 2019.

Hu ħabbar li l-union mhux sejra tajjeb imma sejra tajjeb ħa...


Read more

Min hu involut f’din il-kriżi nazzjonali jrid jerfa’ ir-responsabbiltà politika

 17 Dec 2019

Jekk dan il-pajjiż irid  jgħaddi minn triq li twassal għan-normalità, irridu naraw li min huwa involut f’din il-kriżi nazzjonali jerfa’ ir-responsabbiltà politika.

Dan qalu Josef  Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers f’diskors waqt festin għall-pensjonanti tal-UĦM li sar f’Villa Arrigo, San  Pawl tat-Tarġa t-Tlieta 17 ta’ Diċembru 2019.

Hu fakkar ki...


Read more

Il-Gvern ġab lill-pajjiż għarrkopptejh

 15 Dec 2019

“Il-Gvern ġab lil  dan  il-pajjiż għarkopptejh”. Dan qalu Josef Vella, Kap Eżekuttiv ta’ UĦM  Voice of the Workers, waqt djalogu pubbliku li sar fil-Common Room tal-Università nhar il-Ħamis 12 ta’ Diċembru 2019.

Fl-introduzzjoni ta’ dan id-djalogu, organizzat mill-Fakultà dwar il-Ħarsien Soċjali, Andrew Azzopardi, id-Dekan tal-Fakultà qal li Malta tinsab f’mument delikat wara li l-investigazzjonijiet dwar l-assas...


Read more

Pajjiżna qed jgħajjat b'leħen wieħed - Ġustizzja

 29 Nov 2019

Josef Vella, Kap Eżekuttiv ta' UĦM Voice of the Workers, kien wieħed mill-kelliema waqt protesta oħra organizzata minn Occupy Justice, Repubblika u Manueldelia.com fi Pjazza Kastilja, il-Ġimgħa 29 ta' Novembru 2019. Id-diskors ta' Josef Vella hu kif ġej:-______________________________________________________________________________"

Dan kollu li qed jiġri f’pajjiżna huwa bla preċedenti.

Ritratt: Waħda mid-dimostrazzjonijiet organizzata mill-għaqdiet volontarji

Il-UĦM Voice of the Workers tappella lill-partiti  politiċi sabiex jżommu ‘l bogħod milli jniżżlu lin-nies fit-toroq f’dan il-mument hekk delikat fil-politika Maltija.

Il-protesti s’issa dejjem ġew organizzati mill-għaqdiet volontarji u għandhom ikunu huma li jibqgħu jipprotestaw b’mod ċiviku u responsabbli.

Il-UĦM Voice of the Workers qed tistenna li, f’kull ċirkostanza, il-pajjiż għandu jiġi qabel kull interess ulterjuri.

Il-UĦM tappella lis-soċjetà sabiex tipprotesta b’mod ċiviku u titlob lill-Gvern biex ma jimbuttax lill-poplu fil-preċipizju tar-rabja.

Il-UĦM tisħaq li f’kull ċirkostanza għandu jkun hemm istituzzjonijiet li jaħdmu u jaħdmu fil-ħin. Il-ġustizzja għandha mh...


Read more

Azzjonijiet industrijali fl-ERA

 21 Nov 2019

Il-UĦM Voice of the Workers ordnat azzjonijiet industrijali fl-Environment and Resources Authority (ERA) peress li ma kienx hemm żviluppi pożittivi fin-negozjati biex iwasslu għall-ewwel ftehim kollettiv għall-ħaddiema. Il-management tal-Awtorità ġie mgħarraf bl-azzjonijiet fl-20 ta’ Novembru 2019 permezz ta’ email.

Għaldaqstant din il-union ordnat numru ta’ direttivi fl-Awtorità li se jibdew mill-Ħamis 21 ta’ Novembru...


Read more

Qbil bejn il-UĦM u l-Gvern fuq polza ta’ assigurazzjoni

 14 Nov 2019

Il-UĦM hi sodisfatta li parti mit-talba li kienet għamlet is-sena l-oħra, dwar polza ta’ assigurazzjoni, sa fl-aħħar ġiet milqugħa.

Dan għalkemm din it-talba sal-lum ma ntlaqatx b’mod sħiħ, jiġifieri li l-ħaddiema kollha li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa jkollhom polza ta’ assigurazzjoni.

Filwaqt li l-Ministeru tas-Saħħa ddeċieda li se joffri din l-assigurazzjoni biss għall-ħaddiema li jaħdmu fl-Emerġenza, fl-Isptar Monte Carmeli u fi pre...


Read more

Il-Gvern għandu minnufih jassorbi l-ħaddiema ta’ Steward Health Care

 30 Oct 2019

Il-UĦM Voice of the Workers ilha mis-Sajf tinsisti li l-professjonisti impjegati direttament ma’ Steward Health Care għandhom jiġu assorbiti mill-Gvern.

Huwa veru li dawn il-professjonisti qed jaqdu d-dmirijiet tagħhom spalla ma’ spalla ma’ professjonisti tal-Gvern, jaħdmu fl-istess sala, jaraw l-istess pazjent u saħansitra jilbsu l-istess uniformi.

Iżda meta niġu għa...


Read more

Il-prekarjat fost l-artisti

 21 Oct 2019

L-artisti u l-qagħda prekarja tagħhom kienet it-tema ta’ diskussjoni li kienet organizzata fl-Università ta’ Malta nhar it-Tnejn 21 ta’ Ottubru 2019.

Fil-bidu ta’ din l-attività kien varat il-ktieb Widening Horizons tal-awtriċi Fillandiża, Vivan Storlund.  F’kelmtejn dwar il-pubblikazzjoni tagħha, l-awtriċi saħqet li l-artisti mhumiex rikonoxxuti għall-ħidma li jwettqu fis-soċjetà. Hi qalet li għandu jkun assigurat dħul bażiku bħala m...


Read more

Archive



See all