Kundanna fuq attakk li seħħ ilbieraħ fuq Chief Officer tal-Gozo Channel


  July 26, 2020 10:07 am

L-attakk seħħ meta l-impjegat talab lill-grupp ta’ persuni li kienu tilgħin fuq il-vapur sabiex jilbsu l-maskli skont il-linja gwida maħruġa mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika u skont il-policies tal-Kumpanija. F’dak il-mument, minflok dawn il-persuni obdew u libsu l-maskli, niżlu mill-van li kienu fih u attakkaw lil dan l-impjegat b’mod viljakk.

Il-UĦM Voice of the Workers ma tista’ qatt taċċetta li persuna jkun attakkat minħabba li jkun qed jagħmel xogħolu.  Sfortunatament f’dan il-pajjiż qed tinbet wisq il-kultura ta’ “nagħmel li rrid u li jaqbilli” mingħajr ebda rispett lejn il-liġi u min jipprova jinforza l-liġi.

Għaldaqstant, il-UĦM Voice of the Workers titlob lill-Gozo Channel Operations Limited sabiex ikun hemm pulizija jew uffiċjali oħra tal-Infurzar sabiex ikunu buy insulin online uk jistgħu jinfurzaw il-linji gwida maħruġa mis-Supretendent tas-Saħħa fuq il-vapuri tagħha u jieħdu passi kontra min ma jridx jobdi.

Barra minn hekk, il-UĦM tistenna li f’dan il-każ partikolari, il-pulizija jieħdu dawk il-passi kollha meħtieġa skont il-liġi kontra dawk il-persuni li ħasbu li jistgħu jagħmlu li jridu u attakkaw lil dan l-impjegat.