Il-UĦM tkompli tisħaq biex il-lockdown isir bħala miżura preventiva


  March 14, 2020 2:39 pm

Il-UĦM Voice of the Workers illum iltaqgħet mal-Kap tal-Oppożizzjoni kif ukoll mal-imsieħba soċjali kollha u ntwera it-tħassib bi sħiħ ta’ nuqqas ta’ deċiżjoni biex isir lockdown.

Intant, il-UĦM qed tosserva li f’pajjiżna qed jiġru dawn l-affarijiet:

  • Ħwienet, stabbilimenti u kumpaniji qed jagħlqu b’riżultat li l-ħaddiema jispiċċaw b’leave sfurzat jew agħar minn hekk bla ħlas;
  • L-iskejjel għalqu b’konsegwenza anaboliczstore li l-ġenituri kellhom jerfgħu l-piż mil-leave tagħhom u dan l-applikazzjoni tal-leave ma ġiex aċċettat minn kull employer, inkluż il-Gvern;
  • Hawn istanzi fejn ħaddiema, biex ma jitilfux il-flus, jippruvaw jevitaw il-kwarantina b’mod irresponsabbli;
  • Ħaddiema jitolbu li jiġu swabbed u jgħidulhom li m’hemmx biżżejjed swabs;
  • Jidher biċ-ċar li t-traġitt bejn Malta u Għawdex fil-verità mhux qed jiġi ċċekjat kif imwiegħed;
  • Min qed jinżel Malta u jiġi ordnat joqgħod id-dar bil-kwarantina, mhux qed jiġi provdut trasport iżda qed ikollu juża tal-Linja biex imur kwarantina;
  • Mhux qed jiġi assigurat li l-istess nies, fil-verità, spiċċaw f’post biex jagħmlu kwarantina speċjalment it-turisti jew dawk li mhux residenti fissi f’Malta;
  • Il-merkanzija li tidħol mill-portijiet ta’ Malta qed tidħol b’ekwipaġġ u xufiera li għandhom riskju li jiġu kontaminati;
  • Il-pajjiż m’għandux ir-riżorsi kollha f’każ li din il-marda tinxtered b’mod inkontrollabbli.

Għaldaqstant il-UĦM tisħaq l-importanza ta’ lockdown isir fil-ħin propizju biex tiġi evitata li tinxtered il-marda lokalment bla kontroll. Dan kollu għandu jittieħed fid-dawl illi numru ta’ postijiet tax-xogħol, ħwienet u stabbilimenti iddeċidew minn jeddhom li jibdew miżuri ta’ lockdown.

Dak li l-UĦM qed titlob huwa li l-lockdown għandu jsir bi preavviż, ikkoordinat b’direzzjoni mill-Gvern u mhux b’inizjattiva mill-postijiet tax-xogħol. Din il-union temmen li  l-lockdown għandu jservi bħala miżura preventiva u mhux bħala intervent ta’ kriżi nazzjonali.