Il-Professjonisti Legali fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jagħżlu l-UĦM Voice of the Workers


  September 2, 2020 6:01 pm

Illum il-UĦM Voice of the Workersingħatat l-għarfien ewlieni tal-Avukati u l-Prokuraturi Legali li jaħdmu fiħdan l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Issa li ngħata dan l-għarfien imiss il-pass lil-maniġment tal-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali jpoġġi madwar mejda mal-Unionsabiex dawn il-professjonisti jibdew jingħataw kundizzjonijiet xierqa.

L-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali fix-xhur liġejjin se jkun għaddej minn riforma sħiħa fejn ser jinbidel in-naturatax-xogħol u għaldaqstant din it-tibdila titlob titjib ukollfil-kundizzjonijiet u fil-pagi. Il-UĦM Voice of the Workers se taħdembis-sħiħ biex f’qasir żmien jintlaħaq ftehim fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħolta’ dawn il-ħaddiema.