ĊIRKULARI LILL-ĦADDIEMA TAL-FREEPORT


  May 11, 2020 2:45 pm

Għeżież Kollegi,

Ninfurmakom li l-Kumpanija avviċinat lill-UHM Voice of the Workers u infurmatha testomix li, minħabba s-sitwazzjoni preżenti li għaddej minnha l-pajjiż u l-Freeport, ħadet pożizzjoni li tinforza l-leave u li, jekk ma jintlaħaqx qbil mal-Unjin, kienet lesta tmur għand id-Direttur tax-Xogħol.  Fil-fatt il-Kumpanija talbet li tkun tista’ tagħti sebat ijiem forced leave lill-ħaddiema. Għalkemm il-Unjin ma qablitx mal-proposta tal-Kumpanija, matul diversi laqgħat li kellna, ġie maqbul mill-Kumitat tal-UHM li l-Kumpanija tkun tista’ tinforza sa ħamest ijiem forced leave lil kull impjegat però suġġett għas-segwenti kundizzjonijiet:

  • Dan il-force leave jista’ jingħata mit-Tnejn sal-Ġimgħa biss.
  • Fil-każ ta’ impjegati tal-bitħa, dan il-forced leave jista’ jingħata biss meta jkun hemm Closed Port minħabba riħ qawwi u/jew ikun hemm “0 points”. F’dawn is-sitwazzjonijiet, ħaddiema mhux relatati ma’ point, jistgħu xorta jissejħu għax-xogħol jekk ikun hemm bżonnhom u ma jingħatawx il-forced leave.
  • Impjegat irid ikun infurmat 48 siegħa qabel li ser jingħata forced leave.  F’każi ta’ emerġenza li jkun hemm bżonn li jidħlu xi nies għax- xogħol (inkluż point), il-Kumpanija tista’ twaqqa’ l-forced leave u tgħajjat lura għax-xoghol lill-impjegat sa 24 siegħa qabel ikun ser jibda il-forced leave. Però, jekk tinforma lill-impjegat li għandha bżonnu f’inqas minn 24 siegħa qabel ikun ser jibda l-forced leave, għandu jiddaħħal xogħol fuq sahra u jitħallas r-rata tal-overtime skont il-ftehim kollettiv.  F’dawn il-każi ta’ emerġenza li jkun hemm bżonn li jidħlu xi ħaddiema għax-xogħol, dawn għandhom jiddaħħlu xogħol skont ir-roster.
  • Tali ftehim ikun temporanju u dan id-dritt jista’ jintuża sa xahrejn wara li tgħaddi l-pandemija tal-COVID-19 minn Malta jew sal-aħħar ta’ Diċembru 2020, liema data tiġi l-ewwel.  F’Jannar ser naraw kif ser tkun is-sitwazzjoni u naraw ikunx hemm bżonn inġeddu din il-miżura jew le.
  • Jekk tali dritt ma jintużax internament, il-bilanċ tal-leave minn dawn il-ħamest ijiem li jifdal fl-aħħar ta’ din is-sena jkun awtomatikament imġedded mal-leave tas-sena 2021.
  • Jekk hemm xi mpjegati li ngħataw il-forced leave matul din is-sena għandhom jitnaqqsu mill-bilanċ ta’ ħamest ijiem forced leave li l-kumpanija ser ikollha d-dritt tagħti b’dan il-ftehim.
  • Fejn/jekk ikun possibbli, l-ewwel tingħata s-Substitution għall-Ħadd qabel jingħata l-forced Leave.
  • Il-block leave jista’ jitħassar sakemm kull impjegat iżomm block leave waħda.
  • Il-forced leave għandu jingħata kemm jista’ jkun ugwali mal-ħaddiema kollha.

Filwaqt li jidher li hemm xi għidut li ser issir xi elezzjoni rigward dan il-ftehim, tifhmu li la huwa lok u lanqas iż-żmien li ssir xi elezzjoni.  Barra minn hekk, jekk tali ftehim ma jsirx, il-Kumpanija xorta jkollha d-Dritt li tmur għand id-Direttur tax-Xogħol u titlob għall-approvazzjoni sabiex tinforza l-leave kemm trid hi.  Tali sitwazzjoni tkun ħafna agħar minn dak li ġabet il-UHM. 

Mill-banda l-oħra nitlobkom li jekk xi mpjegati għandhom xi domandi jew diffikultà jistgħu jikkuntatjawni matul din il-ġimgħa bil-feedback tiegħu qabel immorru għall-iffirmar ta’ dan l-addendum.

Fl-aħħar nett nitlobkom tibżgħu għal saħħitkom u ibqgħu siguri! 

Tislijiet

Kenneth Abela Employment Relations Manager