fbpx

Sena oħra ta’ ħidma mill-UĦM Voice of the Workers

F’diskors qasir waqt attivita’ tal-Milied organizzata mit-Taqsima Pensjonanti tal-UĦM Voice of the Workers, il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Josef Vella tkellem dwar sena oħra ta’ ħidma minn din il-union u saħaq, fost oħrajn, dwar il-bżonn li tkun introdotta l-Pensjoni tat-Tieni Pilastru għax Malta baqgħet wieħed mill-ftit stati membri fl-Unjoni Ewropea li għadu ma daħħalhiex. Il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers fisser kif din  il-union ikkummissjonat studju dwar il-Pensjoni tat-Tieni Pilastru u li r-riċerka u x-xogħol fuqu qed isir minn żewġ akkademiċi. Hu żied li jekk din il-pensjoni tkun introdotta llum qabel għada nkunu nistgħu nsarrfu l-frott minnha 20 sena oħra. Josef Vella kompla li għandna nħallu wirt b’saħħtu lill-ġenerazzjoni żgħira tagħna bi dritt bħalma qed isir f’pajjiżi Ewropej oħrajn.

wp_20161209_12_19_47_pro

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment