fbpx

Referenza qarrieqa fuq il-faċċata tal-ġurnal L-Orizzont tas-16 ta’ Frar 2015

“Dak li Gvern Laburista għamel f’inqas minn 25 xahar mal-General Workers’ Union (GWU), qatt ma għamlu l-Partit Nazzjonalista lill-UĦM f’25 sena….lanqas biss resaq qrib” sostna is- Segretarju Ġenerali tal-UĦM, Josef Vella.

B’referenza għal dak li ġie rrappurtat fil-ġurnal elettroniku Inews u fuq il-ġurnal l-Orizzont, fejn intqal li s-Segretarju Ġenerali tal-GWU sfida lill-Kap tal-Oppożizzjoni biex jikkonferma fi żmien jumejn jekk Gvern Nazzjonalista għamilx kirja ta’ proprjeta’ mingħand union, il-UĦM fakkret li bħala union hi kienet tefgħet applikazzjoni dwar kiri ta’ proprjeta’ wara li kien hemm sejħa pubblika.

Il-UĦM għandha binja fir-Rabat Għawdex, li kienet u għadha tinkera lill-Gvern għall-ammont ta’ 8,000 ewro fis-sena pagabbli b’sena b’lura u li parti minn din is-somma hemm inkluz il-ħlas tad-dawl u l-ilma. Fil-fatt minn dħul ta’ kirja li tammonta għal 8,000 ewro, il-UĦM f’sena trid tħallas l-ammont ta’ kważi 1,200 ewro f’kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Il-UĦM tisħaq li hi kellha kull dritt tikri proprjeta’ f’Għawdex li hi proprjeta’ taghha u li mhix tal-Gvern.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment