Ħtieġa li jissoktaw il-laqgħat dwar ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-Wasteserv


  January 30, 2018 12:16 pm

Il-UĦM Voice of the Workers, bħala l-union rikonoxxuta fil-Wasteserv bi dritt li tinnegozja f’isem il-ħaddiema kollha tal-kumpanija, qed tagħmel pressjoni sabiex jitkomplew il-laqgħat tal-ftehim kollettiv il-ġdid.

Jekk il-laqgħat msemmija ma jiġux skedati, din il-union lesta li tintroduċi direttivi mal-kumpanija kollha minn nhar il-Ħamis l-1 ta’ Frar 2018.

Sadanittant il-UĦM Voice of the Workers qed tiddiskuti mal-kumpanija sabiex tissolva l-problema ta’ ħaddiema ġodda li għadhom ma rċevewx allowances mindu bdew l-impjieg tagħhom.