Latest News


Is-saga dwar il-bejgħ tal-isptarijiet għadha miftuħa

 17 Feb 2018
Il-UĦM Voice of the Workers għadha mhix magħluqa mal-gvern dwar il-bejgħ tat-tliet sptarijiet lokali, minn Vitals għal Steward. Hemm ħafna mistoqsijiet li jridu jitwieġbu – mistoqsijiet ta’ interess nazzjonali, ta’ interess għal kull ċittadin u ta’ interess għall-ħaddiema. Għaldaqstant, din il-union se tkun qed titlob laqgħa bilaterali mal-Gvern sabiex il-UĦM Voice of the Workers tressaq il-proposti tagħha dwar il-kwistjoni. L-istess union għadha temmen li l-Avukat Ġenerali għandu minnufih jinvestiga l-kuntratt li ġie ffir...

Read more

Jintlaħaq ftehim dwar ħlasijiet dovuti lill-ħaddiema tal-Wasteserv

 14 Feb 2018
Il-UĦM Voice of the Workers, li hija l-union rikonoxxuta fi ħdan il-Wasteserv, b’mod uffiċjali għadha kemm issiġġillat ftehim sabiex ħaddiema li kienu fuq probation is-sena l-oħra jitħallsu l-allowances li kienu dovuti lilhom xhur sħaħ. Din il-union kienet ħadet azzjoni mmedjata meta fl-2017 rreġistrat tilwima industrijali mal-kumpanija quddiem id-Direttur tax-Xogħol.  Il-pressjoni li għamlet il-UĦM Voice of the Workers, f’isem il-ħaddiema, irriżultat fl-arranġament msemmi, fejn saru emendi fil-ftehim kollettiv preżenti sa...

Read more

Bżonn urġenti li jiġu indirizzati sitwazzjonijiet prekarji fost il-ħaddiema tal-G4S

 2 Feb 2018
Il-UĦM Voice of the Workers qed tħeġġeġ lill-management tal-kumpanija G4S sabiex, fi spirtu ta’ rieda tajba, jiġu indirizzati numru ta’ kwistjonijiet prekarji li qed jolqtu, lill-ħaddiema, assenjati fl-Isptar Mater Dei, fil-laħam il-ħaj. Din il-union irċeviet diversi lmenti mingħand ħaddiema li spiċċaw ħadmu aktar sigħat wara l-ħin. Minflok li ngħataw dak  li hu dovut lilhom, il-ħaddiema qed jirċievu l-ħlas tas-sahra tliet xhur wara. Għall-UĦM Voice of the Workers, din is-sitwazzjoni hi inaċċettabbli u l-ħaddiema li jaħdmu sigħat żejda għan...

Read more

Jissoktaw l-isforzi dwar ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-Wasteserv

 31 Jan 2018
Wara t-tilwima industrijali li rreġistrat mal-Wasteserv, il-UĦM Voice of the Workers b’sodisfazzjon ġiet infurmata li l-kumpanija fil-pront ħadet il-passi meħtieġa sabiex tagħti sensiela ta’ dati ħalli n-negozjati tal-ftehim kollettiv il-ġdid jissoktaw minnufih. Dawn in-negozjati ma jindirizzawx biss il-ħaddiema tal-Wasteserv, imma anki dawk il-ħaddiema li jaħdmu mal-kuntrattur li jipprovdi servizzi lill-kumpanija. Il-union qed ikollha taħditiet mal-management sabiex ittejjeb il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema. It-Taqsima Manifattura u Kummerċ fi ħda...

Read more


Il-UĦM ittejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-impjegati tal-Melita Ltd.  

 26 Jan 2018
  It-Taqsima tal-Manifattura u Kummerċ fi ħdan il-UĦM Voice of the Workers għadha kemm iffinalizzat it-tiġdid tal-ftehim kollettiv mal-kumpanija Melita Ltd. Dan hu t-tielet ftehim li l-UĦM innegozzjat mal-Melita Ltd., bil-ħaddiema tal-kumpanija qed ikomplu jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom b’garanzija ta’ żidiet fil-pagi għat-tlitt snin li ġejjin. Harald Rösch, il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Melita Ltd. stqarr kemm hu kuntent bil-ħaddiema u jħares 'il quddiem biex ikompli t-titjib fil-kumpanija. Dan il-ftehim kollettiv ġab miegħu żidiet fl-iskali, ż...

Read more

Inġustizzja mal-gwardjani Lokali

 12 Jan 2018
  Jintalbu japplikaw biex jerġgħu jiġu impjegati fl-istess pożizzjoni Il-UĦM Voice of the Workers tinsab mħassba ħafna dwar proċess ta’ impjieg mill-ġdid li qed jolqot il-gwardjani lokali li preżentament jaħdmu mal-kumpanija G4S. Dawn il-gwardjani jaqdu dmirhom mal-LESA permezz ta’ kuntratt li ngħata lil G4S. Issa dan l-aħħar intalbu japplikaw direttament mal-LESA sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-istess pożizzjoni.  F’dan il-proċess il-ħaddiema, li anke ilhom għaxar snin tal-post mal-G4S, se jkollhom jitilfu s-seniority u se jerġgħu jgħadd...

Read more

Ħtieġa ta' spjegazzjoni mill-Gvern dwar il-mekkaniżmu fiż-żieda tal-prezz tal-gass

 11 Jan 2018
Il-UĦM Voice of the Workers qed titlob lill-Gvern sabiex jagħti spjegazzjoni ta' kif jaħdem il-mekkaniżmu dwar iż-żieda fil-prezz tal-gass. F'konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-bidu ta' din il-ġimgħa, il-Gvern ħabbar li l-prezz ta’ ċilindru gass ta’ 12-il kilogramma se jiżdied b’€0.50, jiġifieri ġie jiswa €16. B'reazzjoni għal din l-aħbar, il-UĦM Voice of the Workers tosserva li skont il-EU Import Price il-prezz tal-gass riċentament għola b'madwar 50 ċenteżmu ta' Dollaru Amerikan. Il-prezz hu ta' madwar għal $6.50 kull unit kif jitkej...

Read more

Ordnati azzjonijiet industrijali fil-FSWS

 5 Jan 2018
Il-UĦM Voice of the Workers ordnat azzjonijiet industrijali fil-Fondazzjoni tas-Servizzi għall-Ħarsien Soċjali (FSWS) peress li ma kienx hemm żviluppi fin-negozjati biex iwasslu għat-tiġdid tal-ftehim kollettiv għall-ħaddiema. Il-management tal-Fondazzjoni ġie mgħarraf bl-azzjonijiet il-Ġimgħa 5 ta’ Jannar 2018 permezz ta’ email indirizzata lil Alfred Grixti, Kap Eżekuttiv tal-FSWS. Għaldaqstant din il-union ordnat numru ta’ direttivi fil-FSWS, Santa Venera li se jibdew minn nhar it-Tnejn 8 ta’ Jannar 2018. Dawn id-direttivi se jkopru biss lil dawk il-ħaddiem...

Read more

Deal li jqanqal ħafna dubji

 22 Dec 2017
“Id-deal li sar bejn il-VGH għal għand Steward Health Care iqanqal diversi dubji.” Dan qalu Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers f’intervista waqt il-programm Net Live fuq Net Television nhar il-Ħamis 21 ta’ Diċembru 2017. Josef Vella  irreaġixxa għall-aħbar li Steward Health Care se tieħu r-riedni minn fuq il-VGH sabiex tkun tista’ tmexxi l-isptarijiet Karin Grech, Saint Luke’s, u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex Josef Vella fisser kif il-UĦM u unions oħrajn ġew imsejħa għal briefing  urġenti m...

Read more