fbpx

L-iżvilup ekonomiku jsostni s-settur soċjali

Ftit taż-żmien ilu kienet magħrufa n-nefqa fis-settur soċjali f’Malta. Nefqa fid-diversi pensjonijiet li jitħallsu, nefqa għall-Fondazzjoni għas-servizzi ta’ welfare soċjali u diversi nefqiet f’setturi soċjali oħra.

Dan l-infieq fis-settur soċjali ġie sostnut mit-taxxi diversi li jħallas għalihom il-poplu kollu. Il-poplu jħallas dawn it-taxxi bħal VAT u t-taxxa fuq id-dħul għax ikun hawn ix-xogħol fil-pajjiż. U issa pajjiżna minkejja l-maltemp ekonomiku fid-dinja baqa joħloq ix-xogħol.

Aħna bħala Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) bilfors li s-settur soċjali hu għal qalbna u għalhekk dejjem wettaqna ħidma biex mhux biss intejbu l-ħajja tal-ħaddiema u l-pensjonanti u l-familji tagħhom imma ngħinu wkoll biex pajjiżna ikompli jkollu aktar żvilup ekonomiku.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment