fbpx

Kontro-proposti ‘l bogħod mill-aspettattivi tal-professjonisti tas-Saħħa

Il-UĦM Voice of the Workers tinsab ferm iddiżappuntata bil-kontroproposti li l-Gvern issottometta din il-ġimgħa dwar il-professjonisti tas-saħħa tal-Allied Health.

Dawn jinkludu 10 professjonijiet tas-saħħa bħal Audiologists, Dental Technologists, Dental Hygienists, Fiżjoterapisti, Medical Laboratory Scientists, Occupational Therapists, Podiatrists, Radiographers u Speech Therapists.

Fl-2017, il-UĦM Voice of the Workers kienet bagħtet dokument bi proposti ġodda sabiex jiġi nnegozjat ftehim settorali ġdid, dokument li kien joffri karrieri u kundizzjonijiet xierqa għaż-żminijiet tal-llum.

Sfortunatament jidher li l-Gvern, wara sentejn ta’ waqfien minn diskussjoni, bagħat proposti li mhux biss ipoġġi lil dawn l-Allied Health Professionals f’sitwazzjoni agħar minn professjonisti inqas kwalifikati minnhom, imma lanqas ma żamm mal-istess parametri ta’ klassijiet li normalment jintużaw. Ħaddiema tal-Gvern li m’humiex professjonisti saħansitra huma iktar vantaġġjati fl-iskali u fil-perkaċċi minn dawn il-professjonisti.

Din il-Union tinsab ferm imħassba għall-fatt li ftit tax-xhur ilu l-Gvern aċċetta union oħra li tiġi involuta fin-negozjati kontra l-proċedura u li dan qed iwassal sabiex il-proċess jitwal ħafna. Dan b’konsegwenza li jiġu nnegozjati kundizzjonijiet ferm inferjuri minn dawk li qed tipproponi l-UĦM Voice of the Workers.

Għaldaqstant, il-UĦM Voice of the Workers bdiet proċess sabiex il-Gvern jirrevedi l-pożizzjoni tiegħu u jinnegozja bil-għaqal pakkett b’kundizzjonijiet li jirriflettu l-professjonalità kif ukoll il-kompetenza ta’ dawn il-professjonisti mingħajr indħil.

Li hu żgur hu li l-Gvern m’għandux jibqa’ jinħeba wara xi proposti li huma ferm inqas minn dak li ħaqqhom dawn il-professjonisti.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment