fbpx

It-Trasferiment u l-Lista Sigrieta fl-Enemalta

Il-ħaddiema ta’ l-Enemalta huma mħawwdin wara li l-lista ta’ postijiet mal-Gvern fejn dawn il-ħaddiema suppost jistgħu japplikaw sabiex jiġu trasferiti wara li jispiċċa l-impjieg tagħhom mal-Enemalta qed tinżamm sigrieta mill-kumpanija.

Uffiċċjali għolja fl-Enemalta qed jirrifjutaw li jgħatu kopja tal-lista tal-postijiet tax-xogħol lill-ħaddiema konċernati li ġew jew se jiġu trasferiti. Dan anke wara li fuq talba ta’ l-istess ħaddiema intervjenit il-UĦM sabiex il-maniġment jieqaf jimxi bl-omertá u jkun wieħed trasparenti.
It-trasferimenti mhumiex kwistjoni kollettiva iżda individwali fejn kull individwu għandu dritt jittratta skond l-interess u l-esiġenzi tiegħu. Għaldaqstant, il-ħaddiema tal-Enemalta għandhom kull dritt li jirrikorru għand il-union tal-għazla tagħhom sabiex jirċievu servizz jew parir f’dan ir-rigward.
“ Il-UHM mhux qed teskludi li tieħu kwalunkwe azzjoni anke dik legali sabiex twaqqaf din il-prattika li iżjed qed iġġib tfixkil, inkwiet u firda fost il-ħaddiema milli serħan il-moħħ” temm jgħid is-Segretarju Ġenerali tal-UĦM, Josef Vella.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment