Il-UĦM twissi lil Malta Public Transport Services


  June 12, 2014 11:05 am

public_transport_logo

 

F’ittra li ntbagħtet lis-Sur Konrad Pule’, il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Public Transport Services, il-UĦM insistiet li sa mhux aktar tard min-nhar it-Tnejn 16 ta’ Ġunju 2014, il-kumpanija għandha tagħmel it-talba formali lir-Reġistratur tat-Trade Unions sabiex issir il-verifika meħtieġa biex il-UĦM tiġi rikonoxxuta bħala l-Union ewlenija fil-Malta Public Transport Services.

Dan qed isir ukoll minħabba li llum il-UĦM talbet ukoll għar-rikonoxximent tal-bqija tal-ħaddiema minbarra tas-sezzjoni tal-garaxx. Sadanittant ir-Reġistratur tat-Trade Unions diġa ġibet l-attenzjoni tal-kumpanija sabiex tieqaf immedjatament milli titlob il-lista tal-membri lill-UĦM, iżda huwa ir-Reġistratur innifsu li għandu jagħmel l-eżerċizzju ta’ verifika biex jipproteġi l-informazzjoni sensittiva tal-ħaddiema.

Il-UĦM qed titlob ukoll, li fid-dawl li l-ħaddiema kważi kollha tal-kumpanija issa issieħbu bi ħġarhom fil-UĦM, il-Union tisħaq li għandha tkun mal-mejda fin-negozjati dwar il-ħinijiet għall-iskeda tas-sajf li għandha tidħol fis-seħħ dalwaqt. Jekk dan ma jsirx, il-Union lesta tagħti direttivi biex din l-iskeda ma tiġix segwita mill-ħaddiema membri tagħha.

Fin-nuqqas ta’ dan kollu, il-UĦM qed tħejji numri ta’ direttivi fosthom li minn nhar it-Tlieta 17 ta’ Ġunju 2014, il-membri tagħha ma jaħdmux bejn is-7.00a.m u d-9.00a.m u bejn l-4.00p.m u s-6.00p.m.

Il-UĦM ma teskludix li tiskala id-direttivi tagħha jekk il-kumpanija ma’ tonorax l-obbligi tagħha kif mitluba mil-liġi


Comments are closed here.