fbpx

Il-UĦM titlob laqgħa urġenti mal-MCESD

Aktar kmieni din il-ġimgħa, Josef Vella, is-Segretarju Ġenerali tal-UĦM intalab jagħti l-mowbajl tiegħu qabel ma jidħol laqgħa li kellu mal-Ministru Carmelo Abela.

Fid-dawl ta’ dan, Jesmond Bonello, il-President tal-UĦM, bagħat ittra lil John Bencini, iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) biex issir laqgħa URĠENTI mal-imsieħba soċjali kollha fi ħdan l-MCESD. Dan sabiex il-policy tal-gvern li semma l-Ministru Abela tkun diskussa mill-aktar fis possibbli.

Il-UĦM qed titlob din il-laqgħa għax għaliha, din hi sitwazzjoni inaċċettabli u hi turija ta’ nuqqas ta’ rispett u fiduċja lejn l-imsieħba soċjali.
Kopja ta’ din l-ittra hi mehmuża ma’ din l-istqarrija.
UĦM Press

Talba ghal-laqgha Tal-MCESD urgenti

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment