Il-UĦM tirreġistra tilwima industrijali mal-Malta International Airport (MIA)


  May 30, 2014 4:29 pm

3095785

It-Taqsima Port u Trasport tal-UĦM illum irreġistrat tilwima industrijali mall-Malta International Airport (MIA) minħabba d-deċiżjoni li ħadet il-kumpanija li tkompli tagħmel outsourcing ta’ diversi sezzjonijet ġewwa l-istess MIA. Fost dawn is-sezzjonjiet hemm dik tal-Customer Service Attendants, tal-Informational Technology, Information Management, Electronics u Networks.

Fil-jiem li għaddew il-UĦM għamlet diversi laqgħat mall-ħaddiema li ġejjien effetwati u saħansitra resqet uffiċjalment protest ġudizzjarju konta l-istess MIA, dan bil-għan li l-MIA taċċetta li tibda l-proċess ta’ konsultazzjoni kif tistipula il-liġi.

Intant, sa llum, l-MIA għadha m’aċċettatx li tikkonsulta mall-Unjin fuq din il-kwistjoni tant prekarja għal ħaddiema u minflok jidher li qed tkompli timplimenta dan il-proċess ta’ Outsourcing minn wara dahar il-Unjins u l-istess ħaddiema.

Dan kollhu mhux aċċettabbli għall-Unjin u għaldaqstant permezz ta’ ittra indirizzata lill-Management tal-kumpanija, is-Segretarju tat-Taqsima Port u Trasport tal-UĦM, is-Sur Martin Caruana, iddikjara li l-UĦM irreġistrat tilwima industrijali.

Intant il-UĦM ser tkompli taħdem fl-interess tal-ħaddiema kollha tal-MIA u mhux eskluż li tirrikorri għal mizuri oħra sabiex tkompli tissalvagwardja l-interessi tal-membri tagħha.​


Comments are closed here.