Il-UĦM tipparteċipa f’mixja għad-Dar tal-Providenza


  September 28, 2014 3:07 pm

IMAG0732

Id-diriġenti tal-UĦM flimkien ma’ numru sabiħ ta’ membri tagħha, inġabru fis-Siġġiewi biex fil-ħin liberu tagħhom, ingħaqdu ma’ mijiet oħrajn f’mixja minn Pjazza San Nikola sad-Dar tal-Provdenza, distanza ta’ madwar 2.3 kilometri.

Minn barra mixja, kienet organizzat wkoll ġirja miż-Żurrieq u qadfa bir-roti mill-pjazza tal-Imdina, b’distanzi ta’ 9.3 u 14-il kilometru rispettivament.

Għal din l-attivita nobbli organnizzata mill-Grupp Żgħażagħ Gudjin ipparteċipaw diversi persuni distinti, fosthom l-ex Prim Ministru Dr. Lawrence Gonzi, membri taż-żewġ naħat tal-kamra w’kif ukoll l-Eċċellenza Tiegħu, Monsijur Charles Scicluna.

Mal-wasla tal-President ta’ Malta, l-Eċċellenza Tagħha Marie Louise Coleiro Preca, hija ingħaqdet mal-Monsinjur Scicluna fejn wara diskors qasir, flimkien mad-Direttur tad-Dar Fr. Martin Micallef, taw bidu għal din il-mixja.

Is-somma  miġbura mill-membri tal-UĦM kient tammonta għal 750 ewro. Kull min ħa sehem għan-nom tal-UĦM, ingħata beritta kommemorattiva.

“Nirringrazzja lil kull minn ħadem sabiex din l-attivita’ tirnexxi u nirringrazzja lil kull min ingħaqad mal-UĦM sabiex ngħinu lid-Dar tal-Providenza u nroddulha ftit  mill-ġenerozita’ li wriet magħna tul dawn is-snin” temm jgħid is-Segretarju Ġenerali s-Sur Josef Vella.


Comments are closed here.