Il-UĦM tikseb ir-rikonoxximent tal-grad Manigerjali fil-EUPA


  February 28, 2019 4:52 pm

Il-UĦM Voice of the Workers ingħatat ir-rikonoxximent ewlieni  tal-grad manigerali fil-European Union Programme Agency (EUPA).

Il-UĦM Voice of  the Workers kienet resqet it-talba tar-rikonoxximent fit-13 ta’ Frar 2019 wara li l-maġġoranza assoluta tal-managers issieħbu bħala membri fil-union.

Minn eżerċizzju ta’ verifika li sar mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi (DIER) fil-25 ta’ Frar 2019, irriżulta li l-UĦM Voice of the Workers għandha fi ħdanha 100 fil-mija tal-managers fil-EUPA.

Konsegwentament din il-union se tibda n-negozjati tagħha, għan-nom tal-ħaddiema maniġerjali fil-EUPA, bl-iskop li jissawwar ftehim kollettiv.

It-Taqsima Edukazzjoni u Kura fi ħdan il-UĦM Voice of the Workers hi sodisfatta ħafna għax  aktar ħaddiema qed ikomplu jissieħbu fil-union u b’hekk qed juru l-fiduċja tagħhom fil-ħidma tagħha.