fbpx

Il-UĦM u s-Sitwazzjoni fl-Arriva

arriva1Il-UĦM terġa’ ittenni li għandha provi li persuni mill-kumapnija ċemplu fuq t-telefown ċellolari tal-ħaddiema fejn ntqal li l-kumpanija tal-Arriva ma tistax taċċetta r-riżenji tal-ħaddiema u li dawn iridu jmorru in-persona għand il-ĠWU. Dan mhuwiex aċċettabli skond il-prinċipji trejdunjonistiċi u bħalissa l-UĦM qed tiehu l-pariri legali meħtiega sabiex tissalvagwardja l-membri li issieħbu magħha.

L-UĦM fl-ebda ħin sal-lum ma talbet għar-rikonnoxximent iżda fl-istess ħin din il-union tinsab certa li wara r-riżenji tal-membri mill-ĠWU, l-istess ĠWU m’għadx għandha l-maġġoranza tal-ħaddiema ġewwa l-Arriva.

Il-UĦM tikkonferma li qatt ma talbet għal-ebda rikonnoxximent sabiex taqla’ l-barra union oħra.  Dan ma jistax jingħad minn kull post tax-xogħol għaliex l-ħaddiema tal-MTA sal-lum il-ġurnata għadhom  bla union. Dan għaliex l-ĠWU kienet għamlet talba sabiex tieħu r-rikonoxximent tal-MTA meta l-istess ĠWU kienet taf li m’għandiex membri biżżejjed biex tirbaħ il-maġġoranza. Iżda l-ĠWU ippersistiet bit-talba sabiex il-UĦM titneħħielha r-rikonoxximent, għaliex dawk li kienu jħalsu l-membership lil-UĦM dirett ma kellhomx jingħaddu bħala membri. Talba li l-MTA laqgħet u llum l-ġurnata l-ĠWU preferit li l-ħaddiema ta’ l-MTA jispiċċaw bla union milli jkunu mseħbin mal-UĦM.

Intant l-UĦM qed tgħarraf lill-Arriva li jekk mhux se tirrikonnoxxi l-membri tagħha mseħbin fil-UĦM, l-union ma fadiliex triq ohra ħlief li tieħu l-miżuri kollha necessarji sabiex tipproteġi d-dritt tal-ħaddiema membri tagħha.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment