fbpx

Il-UĦM iżżid l-Azzjonijiet Industrijali fis-Sezzjoni tal-Paramedic Aides

Il-Ġimħa li għaddiet, il-UĦM żiedet l-azzjonijiet industrijali fiz-sezzjoni tal-Paramedic Aides għax skond il-Unjin baqgħet bla proposti minn naħa tas-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, l-Onorevoli Dr. Chris Fearne. Dan wara li din il-unjin kienet imwiegħda b’mod ċar li jew it-Tlieta, massimu l-Erbgħa kien se jkollha laqgħa msejjħa apposta biex jiġu diskussi l-kontra-proposti.

Il-laqgħa saret illum, imma oħroġ il-għaġeb, matul il-laqgħa, ir-rappreżentanti minn naħa tas-Segretarjat qalulna li huwa kmieni wisq biex ningħataw il-kontro-proposti mitluba. Dan wara li l-UĦM, permezz tat-Taqsima tas-Servizzi tas-Saħħa, ilha li bagħtet il-proposti tagħha ‘l fuq minn sena ilu.

“Dan mhuwiex aċċettabli għal fatt li minbarra li ġew ingaġġati nies mhux kwalifikati biex iqandlu d-dmija li jirċievu għat-testijiet neċessarji permezz tal-pneumatic tubes, il-membri tagħna qed ikunu intimidati għax qed isegwu direttivi li ngħataw lilhom mill-unjin li tarrepreżenthom” tenna jgħid is-Segretarju tat-Taqsima tas-Saħħa tal-UĦM, is-Sur Gian Paul Gauci.

“Ahna nikkundannaw bla riżerva dan l-atteġġjament għax li kull ħaddiem għandu dritt sagrosant li jsegwi direttivi hekk mitluba mill-unjin li tirrapreżentah mingħajr intimidazzjoni. Fid-dawl ta’ dan kollu, il-UĦM tħoss li ma baqaliex triq oħra ħlief li teskala l-azzjonijiet industrijali f’din it-taqsima” kompla jgħid is-Sur Gian Paul Gauci.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment