Il-Proposti tal-UĦM Voice of the Workers għal-Elezzjoni Ġenerali 2017


  May 30, 2017 3:34 pm

Il-UĦM Voice of the Workers ippreżentat l-proposti tagħha għall-manifest elettorali b’rabta mal-Elezzjoni Ġenerali li se ssir nhar  is-Sibt 3 ta’  Ġunju 2017

Bit-tema ‘Il-Vuċi tagħna u ta’ Uliedna’, is-sitt proposti li qed tressaq il-UĦM Voice of the Workers jistgħu jgħinu ħafna biex ikollna pajjiż iktar ġust, b’saħħtu, ippreparat għall-isfidi kif ukoll li jkun lest li jiddiskuti u jargumenta fuq bażi tajba ta’ riċerka.

Il-UĦM Voice of the Workers tikkontendi li b’ħidma ffukata u bi ħsieb innovattiv, pajjiżna jkun imsejjes fuq governanza tajba għall-ġid ta’ kulħadd.

Is-sitt proposti huma kif ġej: taħriġ lill-ħaddiema għal xogħol li jrendi, lunches b’xejn għat-tfal fl-iskejjel kollha, l-eżamijiet li jkunu qrib id-djar tagħna, il-ħtieġa tal-pensjoni tat-tieni pilastru, kuntratti tax-xogħol reġistrati għal kull ħaddiem, u investiment ta’ fiduċja favur il-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa.

L-ispjegazzjoni dettaljata ta’ dawn il-proposti hi kif ġej: