fbpx

Ftehim Settorjali Ġdid għad-Dental Surgery Assistants

DentalTools

It-Taqsima Servizzi tas-Saħħa fi ħdan il-Union Ħaddiema Maqghudin (UĦM) illum iffirmat Ftehim Settorjali ġdid għad-Dental Surgery Assistants. Dawn il-ħaddiema sal-llum kienu mingħajr struttura u mingħajr ftehim. Permezz tal-ftehim iffirmat, it-Taqsima Servizzi tas-Saħħa ħolqot struttura għad-Dental Surgery Assistants kollha  li jaħdmu ġewwa l-Isptar Mater Dei u ġewwa ir-Residenza San Vinċens De Paul.

Intant, din il-ġimgħa wara insistenza mit-Taqsima Servizzi tas-Saħħa id-Diviżjoni tas-Saħħa ikkonferma li l-promozzjonijiet li joħorgu mill-ftehim tal-Allied Health Professionals li jkopri 10 professjonijiet jiġi attwati.

Aktar minn hekk intlaħaq ftehim bejn il-UĦM u l-Gvern li l-ħaddiema mhux ser ibgħatu konsegwenzi tad-dewmien tal-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim u l-promozzjonijiet ser ikunu retroattivi minn Ġunju 2013

Intant, il-Union għadha qed tinsisti li l-ħaddiema tal-Foundation for Medical Services li jaħdmu f’Mater Dei Hospital jingħataw l-istess pagi bħal-kollegi tagħhom  li jaħdmu fl-istess gradi direttament mal-Gvern.

Minkejja li l-Minsiteru tas-Saħħa kien aċċetta it-Talba tal-UĦM sabiex dan isir, sa llum, dawn il-ħaddiema għadhom ma ħadux dak li ħaqqhom.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment