fbpx

Direttivi lill-parkers tal-G4S fl-Isptar Mater Dei

Il-UĦM Voice of the Workers ordnat direttivi lill-parkers li jaħdmu mal-kumpanija G4S fl-Isptar Mater Dei għax il-kumpanija ma rrikonoxxietx lil din il-union biex tirrapreżenta lill-ħaddiema membri fi ħdanha. Dan minkejja li l-UĦM għandha l-maġġoranza tal-ħaddiema tal-kumpanija mseħbin magħha.

Id-direttivi wkoll ġew ordnati għax il-parkers tal-G4S fl-Isptar Mater Dei qed jaqilgħu paga differenti minn ħaddiema oħrajn li jagħmlu l-istess xogħol  mal-kumpanija. Barra minn hekk, l-istess parkers li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei ġew iddiskriminati minn sahra li hi nqas minn dik stabbilita.

Għaldaqstant il-UĦM Voice of the Workers ordnat lill-parkers fl-Isptar Mater  Dei sabiex ma jikkontrollawx il-barriers, ma jirrispondux it-telefon, ma jibgħatux emails, ma jiċċekkjawx l-ispazji għal persuni b’diżabbilta’, ma jikkomunikawx max-xufiera, ma jilbsux l-uniformi u ma jilbsux il-fluorescent vest.

Intant malli din il-union ordnat dawn id-direttivi, il-management tal-kumpanija G4S bagħat numru ta’ ħaddiema li kienu qed jistrajkjaw lejn id-dar. Iżda il-UĦM Voice of the Workers fil-pront ordnat lill-kumplament tal-ħaddiema li obdew id-direttivi sabiex jibqgħu fejn huma fil-post tax-xogħol.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment