Tilwima industrijali fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali

UĦM Voice of the Workers iddikjarat tilwima industrijali fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u mhux eskluż li jinħarġu direttivi għal azzjoni industrijali. Dan jekk il-maniġment jibda’ jinjora sejħiet għal negozjati fuq kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar tal-professjonisti legali f’din l-entità waqt li qed jgħabbihom b’responsabbiltajiet oħra. L-Unjin li għandha l-għarfien uffiċjali kienet kostretta tieħu dan il-pass wara li għal…

Il-ħaddiema tal-Aġenzija tal-Qorti ddiżappuntati minħabba dewmien

It-Taqsima Ħaddiema tal-Gvern fi ħdan il-UĦM Voice of the Workers irreġistrat tilwima industrijali fl-Aġenzija tal-Qorti. It-taqsima waslet għal din id-deċiżjoni minħabba dewmien min-naħa tal-amministrazzjoni, u mill-Industrial Relations Unit sabiex jiġi konkluż id-dokument wara taħditiet li kienu saru dwar il-ftehim kollettiv. Barra min hekk hemm id-diżappunt kbir għal-mod ta’ kif qed jiġu ttrattati n-negozjati fil-konfront ta’…

Ħaddiema ta’ Steward u VGH jingħataw l-istess kundizzjonijiet bħall-impjegati tal-Gvern

Ħaddiema ta’ Steward Health Care se jibdew igawdu mill-istess drittijiet u kundizzjonijiet tax-xogħol bħall-impjegati tas-settur pubbliku bis-saħħa ta’ ftehim li ntlaħaq mill-UĦM Voice of the Workers. Josef Vella, CEO tal-UĦM iddeskriva dan l-iżvilupp bħala rebħa mhux biss għall-union u għall-ħaddiema, iżda wkoll għal dawk kollha li jemmnu fil-prinċipju ta’ ħlas indaqs għal xogħol indaqs. “Dan…

UĦM tingħata raġun fuq il-ħlas tas-sick leave

Impjegati tal-gvern li jaħdmu l-Isptar San Luqa u Karin Grech li huma mmexxija minn Steward Health Care mhux se jibqa’ jitnaqqsilhom il-ħlas tas-sick leave, grazzi għall-intervent tal-UĦM Voice of the Workers. Taħt din il-prattika li tmur kontra l-liġi tax-xogħol, kull meta impjegati jkunu fuq sick leave għal erbat ijiem jew aktar, kienu qed jitħallsu biss…

Sick leave mnaqqas illegalment lill-impjegati ta’ Steward

Impjegati tal-gvern li jaħdmu fit-tliet sptarijiet immexxija minn Steward Health Care mhux qed jitħallsu s-sick leave kollu bi ksur tal-liġi tax-xogħol. Jirriżulta li kull meta impjegati jkunu fuq sick leave għal erbat ijiem jew aktar, dawn qed jitħallsu biss għall-ewwel tlett ijiem. Konsegwentement, f’każ ta’ mard fit-tul l-impjegati qed ikollhom tnaqqis fil-paga. Il-UĦM Voice of…

‘Frank Pullicino strumentali fit-tisħiħ tad-djalogu soċjali’

UĦM Voice of the Workers issellem lil Frank Pullicino, eks Direttur tax-Xogħol u r-Relazzjonijiet Industrijali għal diversi snin li miet fl-età ta’ 76 sena. Matul il-karriera twila tiegħu jibqa’ mfakkar mhux biss għall-kontribut li ta f’dan il-qasam iżda fuq kollox għall-ħila tiegħu li jsib kompromess anki fl-iktar sitwazzjonijiet diffiċli. “Kien bniedem li anki f’sitwazzjonijiet ta’…

Allied Health Professionals jirrapportaw għax-xogħol fil-Contact Tracing Centres

Madwar 120 Allied Health Professionals, li sa mill-bidu tal-pandemija kienu fuq ta’ quddiem biex jagħtu s-servizz tagħhom fil-ġlieda kontra l-COVID-19, mill-lum, dawn il-frontliners, ser ikunu qed jirrapportaw għax-xogħol ukoll fil-Contact Tracing Centres. Il-UĦM Voice of the Workers nhar is-Sibt 17 t’Ottubru 2020 appellat lill-Allied Health Professionals sabiex joffru l-għajnuna tagħhom fil-Contact Tracing Centres. Għal dan…

Budget Reattiv Imma Mhux Inovattiv

Josef Vella, Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers fl-ewwel reazzjoni tiegħu għall-Budget 2021 qal li ż-żieda ta’ ġurnata leave li żdiedet għall-ħaddiema hija proposta pożittiva għax hija benefiċċju għall-ħaddiema kollha. Inizjattiva oħra pożittiva hija li l-Gvern se jerġa’ jiġġenera l-ekonomija permezz tal-Vouchers u tax refund. Josef Vella qal li l-UĦM stenniet iktar minn dan…

Aġir kundanabbli li ma jawgurax tajjeb għar-relazzjonijiet industrijali

Fl-2019 din il-Union ingħatat rikonoxximent tax-xufiera tal-Ambulanzi li joperaw mill-Isptar Mater Dei, l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u miċ-Ċentri tas-Saħħa. Din il-Union ilha għal dan l-aħħar 12-il xahar tagħmel tentattivi sabiex tibda tinnegozja pakkett xieraq għal dawn ix-xufiera (EARs*) u l-familji tagħhom. Wara diversi xhur ta’ staġnar dawn ix-xufiera, permezz ta’ din il-Union, ħadu azzjoni industrijali…

Ftehim settorali li jpoġġi fuq quddiem l-Allied Health Professionals

Huwa ta’ sodisfazzjon għall-UĦM Voice of the Workers li wara diversi bsaten fir-roti l-ftehim settorali tal-Allied Health ġie approvat mill-Allied Health Professionals b’maġġoranża ta’ 99%. Il-preżentazzjoni tal-ftehim settorali tal-Allied Health Professionals saret fl-14 t’Ottubru 2020 li jiġi l-jum dinji ddedikat għall-Allied Health Professionals. Fl-istess ġurnata l-UĦM Voice of the Workers sellmet lil dawn il-professjonisti u…