Il-UĦM tagħmel żjara ta’ kortesija lis-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-GWU

It-tmexxija tal-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) għamlet żjara ta’ kortesija lill-General Workers’ Union wara li Josef Bugeja, fil-jiem li għaddew, ħa f’idejh it-tmun tal-GWU. Iż-żjara ta’ kortesija saret fil-Workers’ Memorial  Building, il-kwartieri tal-GWU, fil-Belt.

Jintemm b’suċċess taħriġ innovattiv mill-UĦM dwar id-djalogu soċjali

Madwar 200 ħaddiem minn diversi postijiet tax-xogħol temmew b’suċċess taħriġ innovattiv dwar id-djalogu soċjali li kien organizzat mill-Union Ħaddiema Magħqudin, bl-għajnuna tal-aġenzija MISCO. It-taħriġ fil-Bipartite Social Dialogue u fit-Tripartite Social Dialogue,  li għalih ikkonkorrew  aktar minn 250 ħaddiem minn diversi postijiet tax-xogħol, ikkonsista f’numru ta’ korsijiet dwar id-djalogu soċjali li saru kemm fi klassi kif…

Budget pożittiv b’ċertu riservi – UĦM

Din hi reazzjoni inizjali tal-UĦM sakemm dan jiġi diskuss u analizzat fil-Kunsill Ġenerali tal-UĦM. 

Introduzzjoni

Il-UĦM qed  tkun kawta fir-reazzjoni tagħha għall-Budget 2016 għax tinnota li għalkemm ċertu proposti qed tpoġġihom aktar minn darba, xorta waħda ma kienx hemm impenn mill-Gvern biex mid-diskors tal-Budget isarrafhom b’mod tanġibbli. Din il-union tirreferi għall-proposta tal-Kooperattivi u ssostni li, minkejja din kienet fid-diskors tal-Budget 2015, ma mmaterjalizzatx.  Bl-istess mod, minkejja li nstema’ it-twaqqif tal-Istitut tal-Active Labour Market Policy, id-diskors tal-Budget naqas milli jsemmi liema ammont ta’ fond se jiġi vvutat għall-ħolqien tiegħu.