Sospiżi l-azzjonijiet industrijali

Il-UHM Voice of the Workers issospendiet l-azzjonijiet industrijali b’rabta mal-ftehimiet kollettivi fis-settur pubbliku li għadhom pendenti fl-isfond tad-dikjarazzjoni li ħarġet mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni li t-taħditiet se jitkomplew minnufih wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Dan il-ġest ta’ rieda tajba minn naħa tal-union jikkonferma kemm l-azzjonijiet industrijali ma jittieħdux skont xi aġenda politika imma jittieħdu biss…

Il-UHM titlob laqgħa dwar ftehimiet kollettivi pendenti

Il-UHM Voice of the Workers ordnat azzjonijiet industrijali fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali wara li l-Gvern rema l-baħar xhur twal ta’ negozjati bl-iskuża tal-elezzjoni ġenerali. Jirriżulta li minkejja li ż-żewġ naħat kienu waslu qrib, it-taħditiet twaqqfu b’deċiżjoni tal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni. L-union tinnota li l-pożizzjoni tal-Gvern tikkuntrasta ma’ dak li kien jiġri fil-passat meta t-taħditiet li kienu…

Azzjonijiet industrijali fis-servizz diplomatiku

Ħaddiema fis-servizz diplomatiku ngħataw direttiva mill-UHM Voice of the Workers biex ma jużawx mezzi ta’ komunikazzjoni b’riżultat ta’ tilwima industrijali mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Dan il-pass ittieħed wara li bi ksur tal-ftehim settorali ħarġet sejħa ta’ interess mill-istess Ministeru sabiex tinħoloq pool ta’ ħaddiema li lesti jaqdu d-dmirijiet ta’ attaché minn fost uffiċjali pubbliċi. Il-ftehim settorali…

Il-ħatra tiegħek tibgħat messaġġ qawwi favur il-prinċipju tal-meritokrazija

Għażiża President Metsola, Il-UHM Voice of the Workers tifraħlek għas-suċċess miksub bil-ħatra prestiġjuża ta’ President tal-Parlament Ewropew li hi l-ogħla kariga li qatt kellu xi ċittadin Malti fl-istituzzjonijiet Ewropej mis-sħubija ta’ Malta fl-2004. Il-ħatra tiegħek tibgħat messaġġ qawwi favur il-prinċipju tal-meritokrazija. Is-suċċess miksub ġie wara ħidma politika sfiqa fuq medda ta’ 20 sena li matulhom…

14, 10, 7, 0 … 5?

Id-deċiżjonijiet dwar il-perijodu ta’ kwarantina jew iżolament minħabba l-Covid-19 m’għandhomx jittieħdu b’mod arbitrarju daqs li kieku qed intellgħu in-numri bix-xorti iżda għandhom ikunu ibbażati fuq ix-xjenza. Il-UĦM Voice of the Workers tinsab imħassba bil-pożizzjoni tal-Malta Chamber of SMEs u l-Partit Nazzjonalista li qed jipproponu li l-kwarantina għandha titnaqqas għal ħames t’ijiem biss. Jidher li l-pożizzjoni…

Direttiva lill-ġenituri li m’għandhomx ma’ min iħallu t-tfal

Il-UĦM Voice of the Workers tapprezza l-miżuri li ħareġ il-Ministeru tal-Edukazzjoni kontra l-imxija tal-Covid-19 u l-varjanti li ġabet magħha. Madankollu, il-UĦM tinsab diżappuntata li l-Ministeru tal-Edukazzjoni ħareġ tali miżuri mingħajr ma  ikkonsulta mal-Unions kollha nvoluti, tant li b’tali miżuri ħoloq inkonvenjent lil numru ta’ ħaddiema.   Għaldaqstant, il-UĦM Voice of the Workers se tkun qed tagħti direttiva biex ħaddiema jaħdmu mid-dar,  jew  jekk in-natura tax-xogħol tagħhom ma…

XXXIII Kungress Nazzjonali tal-UHM Voice of the Workers

Illum sar it-33 Kungress Nazzjonali tal-UHM Voice of the Workers. Matul dan il-Kungress ġew maħturaJosef Vella fejn reġa’ ġie kkonfermat bħala Kap Eżekuttiv għat-tielet darba. Fl-istess Kungress ġie elettMario Sacco bħala d-Direttur il-ġdid tal-istess Union. Għaldaqstant, għall-ħames snin li ġejjin l-ogħlauffiċjali tal-Union huma: Josef Vella, Kap EżekuttivMario Sacco, DiretturGian Paul Gauci, Deputat Kap Eżekuttiv Il-Kungress…

Nomini għall-ogħla uffiċjali tal-UHM

Illum għalaq il-perijodu tan-nominazzjonijiet għall-ogħla żewġ karigi fil-UHM Voice of the Workers li jridu jkunu eletti fil-Kungress Nazzjonali. Għall-kariga ta’ Kap Eżekuttiv daħlet nominazzjoni valida waħda – ta’ Josef Vella li kien nominat minn numru konsiderevoli ta’ membri. Għall-kariga ta’ Direttur daħlet nominazzjoni valida waħda – ta’ Mario Sacco li kien nominat minn numru konsiderevoli…

Protest Ġudizzjarju mill-UHM rigward Steward Healthcare

Il-UHM Voice of the Workers irreġistrat protest ġudizzjarju quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kontra s-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tas-Saħħa u l-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni tas-Servizzi Mediċi (FMS). Dan minħabba li l-Ministeru tas-Saħħa qed jonqos milli jonora l-ftehim li għamel mal-UHM fir-rigward tal-professjonisti li kienu jaħdmu ma’ Steward Healthcare u li llum ġew assorbiti mill-FMS.   Fit-18 ta’…

XXXIII Kungress Nazzjonali tal-UHM

Nhar it-3 ta’ Diċembru 2021, se jsir il-Kungress Nazzjonali tal-UHM Voice of the Workers bl-isem ta’ Leħen il-Ħidma…Leħen Rebbieħ. F’dan il-kungress ser jattendu d-delegati tal-Union. Skont artiklu A.2.1. tal-istatut kull membru attiv jista’ jissottometti dawn li ġejjin: nomini għall-ogħla uffiċjali tal-Union apparti dik tad-Deputat Kap Eżekuttiv; emendi għall-istatut u mozzjonijiet Dawn imbagħad ser jiġu deċiżi…