Il-MUMN tkompli tisserva mill-Gvern

Il-UĦM Voice of the Workers tosserva, bl-aktar mod ċar, li l-Union Maltija għall-Infermieri u l-Qwiebel (MUMN) qed tħalli lill-Gvern ikompli jużaha sabiex tkompli tipprova tkisser ix-xogħol li din il-union u l-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) qed jagħmlu f’isem il-ħaddiema – il-ħarsien tal-interessi tagħhom. Deher biċ-ċar li l-MUMN diġa’ iffirmat ftehim mal-Gvern iżda ħadd ma jaf x’iffirmat,…

Iffirmat l-ewwel ftehim bejn il-UĦM u l-Malta Freeport Terminals Limited

Il-UĦM Voice of the Workers bi pjaċir tħabbar l-iffirmar ta’ ftehim kollettiv għax-Shift Leaders li jaħdmu fil-Malta Freeport Terminals Limited (MFTL) u li sar nhar it-Tnejn 12 ta’ Diċembru 2016. Dan il-ftehim intlaħaq wara diversi negozjati u l-andament tad-diskussjonijiet bejn  il-UĦM u l-management  tal-Port Ħieles kien wieħed tajjeb ħafna. Minn dan  il-ftehim, ix-Shift Leaders fil-Port…

Sena oħra ta’ ħidma mill-UĦM Voice of the Workers

F’diskors qasir waqt attivita’ tal-Milied organizzata mit-Taqsima Pensjonanti tal-UĦM Voice of the Workers, il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Josef Vella tkellem dwar sena oħra ta’ ħidma minn din il-union u saħaq, fost oħrajn, dwar il-bżonn li tkun introdotta l-Pensjoni tat-Tieni Pilastru għax Malta baqgħet wieħed mill-ftit stati membri fl-Unjoni Ewropea li għadu ma daħħalhiex. Il-Kap Eżekuttiv ta’…

Il-UĦM tikkummenta dwar l-iskema tal-GWU u dwar id-dubji fuq il-kuntratti tal-privatizzazzjoni tal-isptarijiet

Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers, ħa sehem fil-programm Mhux Għax Jimpurtanti li xxandar fuq Net TV il-Ħamis 1 ta’ Diċembru u li  matulu hu tkellem dwar l-iskema li biha qed tiġi kritikata l-General Workers’ Union (GWU) – skema li m’għandha x’taqsam xejn mal-Garanzija taż-Żgħażagħ u mal-proġetti tal-Work Programme. Fil-programm ta’ diskussjoni, …

Josef Vella, Kap Eżekuttiv tal-UĦM jwieġeb rigward l-Iskema tax-Xogħol fil-Komunita’

L-iskema li biha qed tiġi kritikata l-General Workers’ Union (GWU) m’għandha x’taqsam xejn mal-Garanzija taż-Żgħażagħ u mal-proġetti tal-Work Programme. Dawn il-proġetti tal-aħħar huma inizjattivi tal-Unjoni Ewropea (xi kultant b’fondi mill-istess Unjoni Ewropea) u li  għandhom x’jaqsmu  mal-miri tal-2020 – l-istrateġija tal-UE għal tkabbir ekonomiku. Josef Vella, Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, stqarr…

Tħassib dwar il-Kredenzjali tal-VGH

Il-UĦM tinsab imħassba u tistaqsi x’kredenzjali għandha kumpanija privata mwaqqfa fil-British Virgin Islands biex tidħol fid-diskussjoni dwar  l-interess nazzjonali. Il-UĦM tifhem li l-interess ta’ Vitals Global Healthcare (VGH) hu li l-€50 miljun li se nagħtu fis-sena bħala ċittadini Maltin  u Għawdxin, għal mill-inqas 30 sena, se jammonta għal €1.5 biljun. Il-UĦM kienet tippretendi li jekk…

Il-UĦM tikseb l-għarfien biex tirrapreżenta lill-ħaddiema tal-ERA

Il-UĦM Voice of the Workers ingħatat l-għarfien ewlieni sabiex tirrapreżenta lill-ħaddiema tal-Awtorita’ għall-Ambjent  u r-Riżorsi (ERA). Dan ir-rikonoxximent kien possibbli wara proċess ta’ verifikazzjoni li permezz tiegħu l-UĦM ġiet konfermata li hi għandha l-maġġoranza ta’ membri fil-gradi tekniċi u klerikali fi ħdan din l-Awtorita’. Il-maġġoranza assoluta tal-ħaddiema tat fiduċja lill-UĦM tant li ħafna ssieħbu magħha wara…

Il-UĦM tipparteċipa f’konferenza nazzjonali dwar l-investiment f’Malta

F’konferenza nazzjonali bit-tema The Future is Today: EY’s Malta Attractiveness Survey 2016, organizzata minn Ernst & Young, Josef Vella, Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers fost oħrajn ipparteċipa f’diskussjoni li matulha ġiet trattata l-importanza tal-ħiliet u l-kapital uman fis-suq tax-xogħol. Dan fl-isfond tal-ħidma biex Malta tattira investituri ħalli joħolqu aktar xogħol b’valur miżjud. L-avveniment…