Ħaddiema f’żewġ taqsimiet ta’ Consolidated Biscuit Co. Ltd. se jgawdu minn titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol

Il-UĦM Voice of the Workers u l-kumpanija Consolidated Biscuit Co. Ltd. iffirmaw żewġ ftehim li permezz tagħhom il-ħaddiema ta’ żewġ taqsimiet fil-kumpanija se jgawdu minn titjib, mhux biss fis-salarji tagħhom, imma anki fil-kundizzjonijiet tax-xogħol. Mill-ftehim se jibbenefikaw dawk il-ħaddiema li jkunu fix-shop floor u li allura jipproduċu l-gallettini, il-galletti u s-savoury snacks. Innovazzjoni li ħarġet…

Ftit wisq… Tard ħafna

Il-UĦM Voice of the Workers għada ser tipparteċipa għal-Protesta Nazzjonali dan minħabba l-fatt tal-avvenimenti ripetuti dawn l-aħħar xhur u snin fejn qed ikun hemm allegazzjonijiet serji  ta’ korruzzjoni. Il-UĦM Voice of the Workers tinnota li, l-bogħod minn l-allegazzjonijiet li qeghdin isiru, jidher biċ-ċar li l-istituzzjonijiet ta pajjiżna inkarigati milli jinvestigaw tali allegazzjonijiet mhux qeghdin jerfgħu…

Ikkundannat każ vjolenti li seħħ fuq xufier tal-MPT

Il-UĦM Voice of the Workers tikkundanna l-aggressjoni bi vjolenza li saret fuq xufier tal-Malta Public Transport (MPT) fit-terminus tal-Belt fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Din il-union tesprimi solidarjeta’ ma’ dan il-ħaddiem għax, minn tagħrif li għandha, kien qed jaqdi dmiru kif suppost u spiċċa mhux biss biex ġie insulentat iżda wkoll ġarrab ġrieħi permezz ta’…

Il-carers mal-anzjani jagħtu servizz mitqlu deheb

“Il-carers huma ħolqa importanti fil-qasam tas-saħħa u jagħtu servizz mitqlu deheb b’risq il-kura u l-ħarsien tal-anzjani”. Dikjarazzjoni minn UĦM Voice of  the Workers b’reazzjoni għall-konferenza tal-aħbarijiet li saret  mill-Union Maltija għall-Qwiebel u l-Infermieri (MUMN) nhar it-Tlieta 11 ta’ April 2017. Din il-union innotat il-lingwaġġ li ntqal fil-konferenza tal-aħbarijiet u li matulha ntużaw aġġettivi mhux xierqa…

Tkaxkir tas-saqajn fil-konklużjoni ta’ ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-MIA

Il-UĦM Voice of the Workers flimkien mal-General Workers’ Union (GWU) se jkunu qed jirreġistraw tilwima industrijali mad-Direttur tad-Direttorat għall-Impjiegi u   r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER) għax mhux qed jintlaħaq qbil fin-negozjati biex ikun iffirmat ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-kumpanija li tmexxi l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MIA). Dawn in-negozjati fuq il-ftehim kollettiv kienu ilhom għaddejjin għal aktar minn tliet…

Id-Deputati Reġistraturi tal-Qorti dalwaqt se jgawdu minn titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol

Il-UĦM Voice of the Workers laħqet bażi ta’ ftehim mal-Gvern u l-Qorti dwar il-kwistjoni tad-Deputati Reġistraturi. Permezz ta’ dan il-qbil, ser jkun iffirmat ftehim settorali ġdid għal dawn il-ħaddiema bl-iskop li tinħoloq struttura sabiex l-istess ħaddiema jibbenefikaw minn żidiet, kemm fil-paga kif ukoll fl-allowances tagħhom. Intant dan il-ftehim se jkun spjegat lill-ħaddiema, membri fil-UĦM, fil-jiem…

Iċ-Chairperson tal-Awtorita’ tax-Xandir tirriżenja

L-isforzi li saru mill-UĦM Voice  of the Workers biex tiġġieled għad-drittijiet u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema fl-Awtorita’ tax-Xandir, taw il-frott tagħhom għax ftit tal-ħin ilu tħabbar li Tanya Borg Cardona, iċ-Chairperson tal-Awtorita’ tax-Xandir, issottomettiet ir-riżenja tagħha. Fi stqarrija, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ikkomunika li ċ-Chairperson ippreżentat ir-riżenja tagħha lill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca. Filwaqt li…

Ippreżentata ittra ta’ protesta dwar il-qagħda fl-Awtorita’ tax-Xandir lill-PM u lill-Membri Parlamentari

Uffiċjali minn UĦM Voice of the Workers, flimkien ma’ ħaddiema tal-Awtorita’ tax-Xandir, ippreżentaw ittra lill-Prim Ministru, lill-Kap tal-Oppożizzjoni u lill-membri miż-żewġ naħat tal-Kamra tar-Rappreżentanti qabel ma bdiet seduta parlamentari li matulha ġie diskuss l-Abbozz ta’ Liġi dwar il-Media u d-Defamazzjoni. Il-preżentazzjoni tat-tieni ittra mill-ħaddiema lill-Prim Ministru saret biex tkompli tkun enfasizzata s-sitwazzjoni preżenti tal-ħaddiema fl-Awtorita’…

Ftit wisq tard ħafna

F’laqgħa ta’ konċiljazzjoni li saret illum f’12 p.m. bejn il-management tal-Awtorita’ tax-Xandir u rappreżentanti minn UĦM Voice of the Workers, irriżulta li ma ntlaħaq ebda qbil fuq is-sitwazzjoni preżenti f’din l-Awtorita’. Għal din  il-laqgħa ċ-Chairperson  ma kinitx preżenti. Matul  din il-laqgħa ta’ madwar siegħa, il-management tal-Awtorita’ offra li r-rwol taċ-Chairperson Tanya Borg Cardona jiġi llimitat…

Il-UĦM Voice of the Workers preżenti fil-laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-ETUC li saret f’Malta

Il-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (ETUC) laqqgħet il-Kumitat Eżekuttiv tagħha bejn l-Erbgħa 15 u l-Ħamis 16 ta’ Marzu 2017. Il-UĦM Voice of the Workers, li wkoll hi membru fl-ETUC, attendiet din il-laqgħa flimkien ma’ rappreżentanti mill-Konfederazzjoni tat-Trade Unions Maltin (CMTU). Il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza l-laqgħa u qal li Ewropa mingħajr drittijiet soċjali hi Ewropa bla…