Kunsill tal-Ħiliet: għaliex le?

“Hemm bżonn ta’ Kunsill tal-Ħiliet sabiex ikunu analizzati dawk il-ħiliet fis-suq tax-xogħol għall-ġejjieni.” Dan qalu Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, f’seminar organizzat mill-MEUSAC bit-tema The European Commission’s Reflection Paper on the Social Dimension of Europe li sar fil-Lukanda Palace, Tas-Sliema l-Ħamis 9 ta’ Novembru 2017. Fl-introduzzjoni tas-seminar, Vanni Xuereb, il-Kap…

Il-ħaddiema huma s-sinsla tal-ekonomija

  “Il-ħaddiema huma s-sinsla tal-ekonomija Maltija”. Kliem id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina, kandidat għall-elezzjoni ta’ Viċi Kap għall-Ħidma fil-Partit, f’laqgħa li kellu mal-uffiċjali ta’ UĦM Voice of the Workers fil-Head Office tal-UĦM, il-Furjana l-Ġimgħa 3 ta’ Novembru 2017. Għal Toni Bezzina, il-UĦM hi t-tieni dar tiegħu u stqarr li l-ħaddiema huma l-qalba tas-soċjeta’ Maltija. Hu qal li qabel…

Il-Gvern għandu jonora l-ftehim kollettiv tal-ispiżjara tal-Gvern

Il-UĦM Voice of the Workers bħalissa qed tordna numru ta’ azzjonijiet industrijali għall-Ispiżjara tal-Gvern peress li l-Ministeru tas-Saħħa ddeċieda li jinjora għal kollox il-Ftehim Kollettiv bejn il-Gvern u din il-union.  Mhux hekk biss għax il-Gvern ħareġ diversi sejħiet, kif għoġbu hu, bl-iskop li jagħżel nies li mhumiex kwalifikati ħalli jagħmlu x-xogħol skont l-istess ftehim. Dan…

Ejja ma ninħakmux mill-biżgħa u mill-omerta’

“Minn saltna tad-dritt, qed nesperjenzaw saltna tal-biżgħa u se niġu f’sitwazzjoni fejn l-omerta’ tirrenja”. Kliem Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, waqt laqgħa tal-Bord Eżekuttiv tal-union li tlaqqa’ l-Ġimgħa 20 ta’ Ottubru. L-aġenda tal-laqgħa suppost kellha tkun ir-reazzjoni tal-UĦM Voice of the Workers għall-Budget 2018. Imma l-union kienet tkun  insensittiva li…

Bżonn urġenti li nindirizzaw l-isfidi fis-settur edukattiv

“Irridu nindirizzaw l-isfidi fis-settur edukattiv u jekk ma nidħlux għalihom b’mod nazzjonali nkunu qed nagħmlu disservizz fil-futur”. Dan qalu Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, f’laqgħa li kellu Robert Arrigo, kandidat  għall-elezzjoni ta’ Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit Nazzjonalista, mal-UĦM Voice of the Workers fil-Head Office tal-Union, il-Furjana l-Ġimgħa 13 ta’ Ottubru…

Kundizzjonijiet aħjar għall-ħaddiema ta’ Jobs Plus

Il-UĦM Voice of the Workers u Jobs  Plus iffirmaw ftehim kollettiv li permezz tiegħu l-ħaddiema se jgawdu minn titjib fil-kundizzjonijiet  tax-xogħol u fis-salarji tagħhom. F’laqgħa li saret fil-Head Office ta’ Jobs Plus f’Ħal Far it-Tlieta 10 ta’ Ottubru, iż-żewġ naħat irringrazzjaw lil kulmin ikkontribwixxa biex intlaħaq qbil dwar dak li ġie negozjat b’risq il-progress fil-karriera…

Budget bla direzzjoni f’numru ta’ oqsma

Il-UĦM Voice of the Workers tirreaġixxi għad-diskors tal-budget u tistqarr li rat nuqqas ta’ direzzjoni f’numru ta’ oqsma, bħall-importazzjoni tal-ħaddiema meta din il-union ippreżentat proposta biex telimina l-abbuż. Il-union kienet ipproponiet li l-kuntratti tax-xogħol jiġu reġistrati online. Dwar il-koperattivi tal-ħaddiema, il-Gvern ma semma xejn speċjalment meta l-union ipprononiet koperattivi fil-qasam tas-saħħa sabiex tiżdied l-effiċjenza fis-servizz…

Is-surplus għandu jiżdied bi pjan ekonomiku fit-tul

“Is-surplus għandu jiżdied b’riformi strutturali fl-ekonomija u bi pjan ekonomiku fit-tul.” Dan qalu Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv  ta’ UĦM Voice of the Workers f’konferenza tal-aħbarijiet li matulha il-proposti ta’ din  il-union għas-sena d-dieħla ġew ippreżentati lill-media. Il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers staqsa min qed igawdi mis-surplus li tħabbar mill-Gvern f’ekonomija li sejra…

Titjib fil-kundizzjonijiet tal-ħaddiema fl-Arkivju Nazzjonali

Il-ħaddiema li jaħdmu fl-Arkivju Nazzjonali, ir-Rabat se jgawdu minn titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom. Dan wara li ġie ffirmat  ftehim kollettiv bejn il-UĦM Voice of the Workers u t-tmexxija tal-Arkivju Nazzjonali. Isabelle Farrugia, Employment Relations Manager, fissret li dan il-ftehim ikopri l-perijodu 2017-2020. Filwaqt li jibni fuq oħrajn preċedenti, minn dan il-ftehim il-ġdid il-ħaddiema se jgawdu…

Il-UĦM Voice of the Workers preżenti waqt il-Freshers’ Week tal-MCAST

Uffiċjali minn UĦM Voice of the Workers attendew u pparteċipaw fil-Freshers’ Week tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST) f’Raħal Ġdid it-Tnejn 2 ta’ Ottubru 2017. Għal din l-okkażjoni qed jintuża  l-mobile office tal-union. Fi  stand armat tal-apposta matul l-ewwel jum tal-Freshers’ Week, Mario Sacco u Isabelle Farrugia, Employment Relations Senior Manager u Employment Relations…