Id-drittijiet tal-bniedem ma jirtirawx fl-anzjanità!

Hekk kif id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem qed tfakkar is-70 anniversarju mit-tnedija tagħha, il-provvedimenti tagħha ma jiskadu qatt. Fl-okkażjoni ta’ Jum id-Drittijiet  tal-Bniedem, AGE Platform Europe tfakkar li kull bniedem għad għandu l-istess drittijiet, illum u dejjem. L-organizzazzjoni qed tisfrutta din l-okkażjoni sabiex tniedi l-verżjoni sħiħa tal-Older Persons self-advocacy handbook li jtejjeb  il-qagħda tal-anzjani sabiex jifhmu…

Appell liż-żgħażagħ biex jagħtu kas tal-Pensjoni tat-Tieni Pilastru

“Wasslu l-messaġġ liż-żgħażagħ fil-familji tagħkom sabiex jagħtu widen dwar il-pensjonijiet, partikularment il-Pensjoni tat-Tieni Pilastru”. Dan sostnih Josef Vella,  il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, waqt riċeviment organizzat  mit-Taqsima Pensjonanti tal-UĦM Voice of the Workers, li sar f’Villa Arrigo, in-Naxxar il-Ħamis 14 ta’ Diċembru 2017. Josef Vella stqarr li fid-dawl tal-qagħda tal-pensjonijiet f’pajjiżna bħalissa, iż-żgħażagħ…

Il-ħaddiema tal-Caritas se jgawdu minn titjib fis-salarji permezz ta’ ftehim kollettiv ġdid

Il-ħaddiema fi ħdan il-Caritas se jibbenefikaw minn salarji u kundizzjonijiet aħjar wara ftehim kollettiv li ġie ffirmat fil-jiem li għaddew minn UĦM Voice of the Workers u l-istituzzjoni tal-Knisja li taħdem qatigħ  biex tippromwovi l-iżvilupp tal-bniedem  u l-ġustizzja soċjali. Dan  il-ftehim ġie spjegat u approvat mill-maġġoranza tal-ħaddiema f’laqgħa li saret ftit ġranet qabel  l-iffirmar. It-Taqsima…

Il-ħaddiema tal-MIP se jibbenefikaw minn fond annwali ta’ €25,000 fit-taħriġ kontinwu

Fond ta’ €25,000 fis-sena għal taħriġ kontinwu tal-ħaddiema li jaħdmu mal-Malta Industrial Parks (MIP) hu wieħed mill-kisbiet li tħabbru waqt l-iffirmar ta’ ftehim kollettiv li sar bejn il-UĦM Voice of the Workers u l-MIP. Dan il-ftehim kollettiv ġie ffirmat wara sensiela ta’ laqgħat li saru bejn it-Taqsima Entitajiet Pubbliċi fi ħdan il-UĦM, il-management tal-MIP u…

Xufier tal-MPT jgħoddha b’waħda

Xufier tal-Malta Public Transport (MPT) jgħoddha b’waħda hekk kif ix-xarabank li kien fiha ħadet in-nar. Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-10.10 a.m. meta x-xufier kien għadu kif startja x-xarabank. F’daqqa waħda kollega tax-xufier ġibditlu l-attenzjoni għax, x’aktarx kawża ta’ xi ħsarat, żviluppa nar mix-xarabank li malajr infirex. Fil-pront issejħet fire engine mill-istazzjon tal-Furjana tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u…

Jitħabbru azzjonijiet industrijali ġewwa Transport Malta

Il-UĦM Voice of the Workers illum irreġistrat tilwima industrijali mal-Awtorita’ tat-Transport (TM) dwar in-nuqqas ta’ qbil fuq tliet ftehim kollettivi. Għalkemm saru diversi laqgħat ta’ negozjati, kemm mal-management tal-istess Awtorita’ kif ukoll mal-Industrial Relations Unit li hu organu li jinnegozja f’isem il-Gvern Ċentrali, ma ntlaħaqx qbil fuq tliet ftehim kollettivi li ilhom li skadew sa mill-2015….

Diskriminazzjoni fost il-ħaddiema fil-Wasteserv

Il-UĦM Voice of the Workers, tisħaq dwar l-importanza li l-ftehim kollettiv tal-Wasteserv ikun implimentat kollu bl-ebda distinzjoni fost il-ħaddiema. Il-UĦM u l-Wasteserv irnexxilhom jindirizzaw id-diskriminazzjoni bejn ħaddiema tal-Wasteserv u dawk tal-kuntrattur li qed jagħtu servizz f’din il-kumpanija. Dan sar bi ftehim, li kien storiku, u li kien ta’ sodisfazzjon għall-ħaddiema kollha mingħajr distinzjoni. Sfortunatament l-istorja irrepetiet…

Seminar tal-UĦM jiddiskuti l-importanza tad-drittijiet soċjali

Il-UĦM Voice of the Workers, b’kollaborazzjoni maċ-Ċentru Ewropew għall-Mistoqsijiet tal-Ħaddiema (EZA), organizzat seminar ta’ jumejn dwar il-kontribut ta’ organizzazzjonijiet tal-ħaddiema fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. L-avveniment sar fil-Lukanda Cavalieri, San Ġiljan bejn il-Ħamis 23 u l-Ġimgħa 24 ta’  Novembru 2017. Fl-introduzzjoni ta’ dan is-seminar, Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the  Workers,  stqarr, fost…

Iffirmat ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika

Wara xhur ta’ negozjati, it-Taqsima tal-Entitajiet Pubbliċi fi ħdan il-UĦM Voice of the Workers u l-management tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO), iffirmaw ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema kollha f’dan l-uffiċċju għall-perijodu 2017-2024. Dan il-ftehim kollettiv ikompli jibni fuq dawk ta’ qablu u, fost oħrajn, qed itejjeb diversi kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema. Il-ftehim jinkludi kundizzjonijiet relatati ma’ family-friendly measures…

Kunsill tal-Ħiliet: għaliex le?

“Hemm bżonn ta’ Kunsill tal-Ħiliet sabiex ikunu analizzati dawk il-ħiliet fis-suq tax-xogħol għall-ġejjieni.” Dan qalu Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, f’seminar organizzat mill-MEUSAC bit-tema The European Commission’s Reflection Paper on the Social Dimension of Europe li sar fil-Lukanda Palace, Tas-Sliema l-Ħamis 9 ta’ Novembru 2017. Fl-introduzzjoni tas-seminar, Vanni Xuereb, il-Kap…