Azzjonijiet industrijali mill-UHM fid-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili

Il-UHM Voice of the Workers ordnat azzjonijiet industrijali fid-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili fi Transport Malta li hu r-regolatur tat-trasport bl-ajru fil-Gżejjer Maltin.  Dan id-direttorat hu responsabbli wkoll mis-sigurtà tal-ajruplani, liċenzjar, u l-ftehim internazzjonali għas-servizzi bl-ajru. Taħt din id-direttiva l-impjegati mhux qed jużaw mezzi ta’ komunikazzjoni interni u esterni fosthom telefons u email. L-azzjonijiet industrijali kienu ordnati…

Miżuri dwar l-għoli tal-ħajja iżda ftit li xejn fuq viżjoni ekonomika fit-tul u ambjent

Fl-ewwel reazzjoni tagħha għall-Budget 2023, il-UHM Voice of the Workers tinnota li dan kien fih miżuri biex jittaffa l-impatt tal-għoli tal-ħajja imma nieqes minn direzzjoni ekonomika, miżuri ambjentali u viżjoni fit-tul. Il-UHM Voice of the Workers tesprimi s-sodisfazzjon li l-Gvern laqgħa l-proposta xprunata minnha bl-appoġġ tal-unions ewlenin l-oħra dwar il-COLA u biex tkun imħarsa r-relattività…

Tibdil fil-Kundizzjonijiet tax-Xogħol għandhom jiġu diskussi mal-Union

Il-UĦM Voice of the Workers, il-bieraħ bagħtet ittra lis-Segretarju Permanenti Ewlieni, is-Sur Tony Sultana, sabiex issir laqgħa biex tiddiskuti tibdil fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema kollha tas-Servizz Pubbliku. Fil-Ġimgħa li għaddiet, is-Segretarju Permanenti Ewlieni, flimkien mat-tim tiegħu, ltaqa’ mal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku fejn stqarr illi “Is-servizz pubbliku se jimbarka fuq proċess biex ir-regolamenti tad-dixxiplina jiġu riveduti.” Aktar tard…

Front wieħed tal-unions favur il-ħaddiema

Il-Forum Unions Maltin, il-General Workers Union, il-Konfederazzjoni tat-Trade Unions Maltin, flimkien mal-UHM Voice of the Workers qed jitolbu laqgħa mal-Gvern biex ikun diskuss mekkaniżmu ġdid taż-żieda tal-għoli tal-ħajja (COLA) f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Din l-inizjattiva qed tittieħed fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti u bla preċedent li wasslet biex il-COLA fil-Budget li ġej se tkun qed titla’ għal livell rekord…

Ftehim fil-kwistjoni tal-Environmental Health Officers 

L-azzjoni industrijali  li kienet qed issir mill-Environmental Health Officers (EHO) twaqqfet wara li ntlaħaq qbil fil-kwistjoni li kien hemm bejn il-UHM Voice of the Workers u l-Ministeru tas-Saħħa. It-tilwima kienet bdiet wara li l-Gvern ma onorax aspetti tal-ftehim settorjali ffirmat f’Ottubru tas-sena li għaddiet dwar l-avvanz ta’ dawn l-uffiċjali għal minn grad għall-ieħor. Dan wassal…

Progession denied for Environmental Health Officers

The UHM and the Ministry for Health signed a sectoral agreement on 28th October 2021 forEnvironmental Health Officer working within the Environmental Health Directorate. Unfortunately, till today, 9 months after, a small group of Environmental Health Officers arestill being denied from progressing to the respective grades according to this agreement.Environmental Health Officers in all grades…

IL-UĦM issaqsi: Min se joffri protezzjoni jekk mhux id-DIER?

Il-UĦM Voice of the Workers turi tħassib serju meta fl-aħħar ġimgħat intalab l-intervent ta’ l-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u Impjiegi (DIER) u ma sabx is-sapport mixtieq li ħaqqu il-ħaddiem. Fil-5 ta’ Mejju 2022 il-UĦM ressqet rapport bil-miktub fejn ħaddiema li jaħdmu bħala Seaman ma’ Signal 8 (kuntrattur li joffri servizz lil Gozo Channel)…

Ħaddiema tal-kuntratturi mal-Gvern għandu jkollhom sħubija protettiva fi trade union

Bħala l-ikbar employer fil-pajjiż il-Gvern għandu jkun hu li jagħti l-eżempju fil-ġlieda kontra l-prekarjat billi jassigura li l-ħaddiema tal-kuntratturi f’entitajiet pubbliċi ikollhom il-protezzjoni li toffri sħubija f’union. Dan qalu Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv tal-UHM Voice of the Workers waqt il-konferenza annwali li l-union torganizza biex tfakkar Jum il-Ħaddiem. Fid-diskors tiegħu irrefera għall-kontroversja li nqalgħet fil-kampanja…

Dritt ta’ Risposta fir-rigward tal-Artiklu maħruġ min-Net News bl-isem: “Ħaddiema tal-Qortiurtati għax għaddew tliet snin u l-ftehim kollettiv baqa’ mhux iffirmat”

F’artiklu li deher illum fuq Net News, ġie kkwotat illi “Simpson qal li l-union li huwa jirrappreżenta hijareġistrata mad-DIER (Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tax-Xogħol) u li l-amministrazzjoni kienet qed titkellem magħha u mal-UĦM li tirrapreżenta l-maġġoranza tal-membri.” Din l-informazzjoni tagħti x’tifhem li Union Law Courts Employees qegħda b’xi mod bi sħab mal-UĦM tinnegozja f’isem il-ħaddiema…

Sospiżi l-azzjonijiet industrijali

Il-UHM Voice of the Workers issospendiet l-azzjonijiet industrijali b’rabta mal-ftehimiet kollettivi fis-settur pubbliku li għadhom pendenti fl-isfond tad-dikjarazzjoni li ħarġet mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni li t-taħditiet se jitkomplew minnufih wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Dan il-ġest ta’ rieda tajba minn naħa tal-union jikkonferma kemm l-azzjonijiet industrijali ma jittieħdux skont xi aġenda politika imma jittieħdu biss…