Iswed Fuq l-Abjad

Is-Segretarju Ġenerali tal-UĦM Josef Vella kien wieħed mil-mistiedna tal-programm popolari fuq NET TV, Iswed Fuq l-Abjad immexxi minn Dr. Frank Psaila. Matul il-programm, is-Sur Vella wieġeb għal diversi mistoqsijiet li kienu kemm fuq livell personali kif ukoll dwar il-ħidma tiegħu fil-qasam tredjunjonistiku kif ukoll dwar ix-xogħol tal-UĦM. Huwa tkellem ukoll fuq il-proġett VOICE OF THE…

Delegazzjoni mill-UĦM f’laqgħa mas-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Dr. Chris Fearne

Delegazzjoni mill-UĦM komposta minn Josef Vella, Segretarju Ġenerali, Jesmond Bonello, President u Gian Paul Gauci, Segretarju tat-Taqsima tas-Servizzi tas-Saħħa kellhom laqgħa kordjali ma’ delegazzjoni mill-Ministeru tas-Saħħa u l-Enerġija , magħmula minn Dr Chris Fearne, Segretarju Parlamentari għas -Saħħa, Joseph Rapa, Segretarju Permanenti, Christian Zammit, Chief of Staff u Dr. Joyce Cassar, Direttur tar-Riżorsi Umani.

Is-Segretarju Ġenerali tal-UĦM mistieden biex jagħmel diskors waqt is-seminar Objective HR

Is-Segretarju Ġenerali tal-UĦM kien mistieden biex jagħmel diskors waqt seminar organizzat mid-ditta Objective HR. Is-suġġett ta’ dan is-seminar kien jitratta l-Medjazzjoni Fuq Il-Post Tax-Xogħol. Dan is-seminar ittella nhar l-20 ta’ Frar 2014 fil-lukanda Corinthia San Ġorġ.