L-ekonomija Maltija trid tindirizza l-bżonnijiet taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin

“Il-pajjiż hu fl-obbligu u d-dover li jkollu ekonomija li tindirizza l-bżonnijiet taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin”. Dan qalu Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers f’diskors waqt konferenza dwar Jum il-Ħaddiem li saret fl-Istitut Kattoliku, il-Ġimgħa 26 ta’ April 2019. Josef Vella rrefera għas-surplus li għamel pajjiżna u qal li dak li hu …

Kwistjonijiet nazzjonali u Ewropej diskussi f’laqgħa mal-Kandidat Laburista Alfred Sant

F’laqgħa li l-UĦM Voice of the Workers kellha mal-Kandidat tal-Partit Laburista għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew Alfred Sant, kienu diskussi diversi suġġetti li l-union tħoss li qed iqajmu tħassib illum u fiż-żmien li ġej. Fl-introduzzjoni tiegħu, Alfred Sant fisser li qed jiltaqa’ mal-unions u l-korpi kostitwiti kollha sabiex jaqsam magħhom il-prijoritajiet tiegħu kif ukoll jisma’ mingħandhom il-ħsibijiet…

Aktar rispett lill-ħaddiema sabiex ‘il quddiem ikollhom pensjoni adekwata

“Jekk irridu rridu nirrispettaw lill-ħaddiema trid issir ħidma fuq il-pensjonijiet sabiex dawn mhux biss ikunu sostenibbli imma adekwati”. Dan ħareġ minn żjara ta’ kortesija li l-management tal-UĦM Voice of the Workers għamel lill-President ta’ Malta George Vella fil-Palazz, il-Belt nhar it-Tnejn 22 ta’ April 2019. Għal din iż-żjara kienu preżenti Jesmond Bonello, Direttur; Edwin Balzan,…

Ħtieġa ta’ pjan nazzjonali dwar l-użu aħjar tal-fondi Ewropej

F’laqgħa li saret mal-kandidat independenti għall-Parlament Ewropew Antoine P. Borg nhar  it-Tnejn 15 ta’ April 2019, tqajjem it-tħassib li f’Malta m’hawnx pjan nazzjonali dwar kif se nisfruttaw il-fondi li jinkisbu mill-Unjoni Ewropea. Antoine P. Borg, li huwa gradwat fil-Computing u jgħix fi Praga, stqarr li jeżistu ħafna fondi Ewropej li l-pubbliku Malti ma tantx jaf…

Iffirmat ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-Wasteserv

It-Taqsima Manifattura u Servizzi tal-UĦM Voice of the Workers iffirmat il-ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-Wasteserv Ltd. Dan wara li l-union kellha diversi laqgħat mal-ħaddiema fil-gradi kollha li approvaw unanimament dan il-ftehim kollettiv. Wasteserv Limited, direttament u indirettament, timpjega aktar minn 700 ħaddiem li jinkludu ħaddiema professjonisti, oħrajn fl-amministrazzjoni, tekniċi u ħaddiema b’irwoli oħrajn. Dan il-ftehim se jkun qed itejjeb il-kundizzjonijiet…

Iffirmat ftehim settorali ta’ klassi ġdida ta’ ħaddiema

Il-UĦM Voice of the Workers u l-Ministeru tas-Saħħa ffirmaw ftehim settorali għal klassi ġdida ta’ ħaddiema, dik tal-Medical Physicists. F’konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-Ministeru tas-Saħħa nhar it-Tnejn 8 ta’ April 2019, Josef Vella, Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dan il-ftehim settorali. Hu qal li l-Medical Physicist hija professjoni…

Il-UĦM Voice of the Workers titlef persuna rispettabbli

Tħabbret il-mewt ta’ Jimmy Briffa, eks Segretarju tat-Taqsima tas-Saħħa fi ħdan il-UĦM. Hu kellu 73 sena. Jimmy Briffa kien bniedem rispettabbli, ġeneruż u dejjem kien jistinka biex jgħin lil ħaddieħor. Bħala professjoni hu kien  infermier u b’dedikazzjoni kbira kien jieħu ħsieb il-pazjenti fl-Isptar Monte Karmeli. Is-Sur Briffa kien wieħed mill-ewwel membri tal-UĦM, tant li ilu…