Żjara mill-Kandidat tal-PN għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew Frank Psaila

Il-UĦM Voice of the Workers kellha laqgħa ta’ kortesija ma’ Frank Psaila, kandidat f’isem il-Partit Nazzjonalista għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew li se ssir f’Mejju tas-sena d-dieħla. Frank Psaila ntlaqa’ minn Josef Vella,  Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers  kif ukoll minn Jesmond Bonello, Direttur; Edwin Balzan, Assistent Direttur; u Gian Paul Gauci, Assistent Direttur…

Budget li jindirizza ‘pockets’ tas-soċjeta’ imma m’għandux viżjoni ekonomika fit-tul

Il-UĦM Voice of the Workers tikkontendi li dan huwa budget li qed jindirizza pockets tas-soċjeta’ imma min-naħa l-oħra huwa nieqes minn viżjoni ekonomika fit-tul. Din il-union tinnota li dan il-Budget ikopri numru ta’ inizjattivi pożittivi, bħall-għajnuna lill-pensjonanti bl-għoti ta’ €4.50 fil-ġimgħa inkluż il-COLA; iż-żieda ta’ ġurnata leave; it-tneħħija tal-miżati għall-eżamijiet tas-SEC u tal-MATSEC  kif ukoll…

Direttivi għall-ħaddiema tal-kuntrattur li jaqdu dmirhom fuq il-vapuri tal-Gozo Channel

Il-UĦM Voice of the Workers, it-Tnejn 15 ta’ Ottubru, reġgħet daħlet fis-seħħ id-direttivi li kienu sospiżi fil-konfront tal-ħaddiema tal-kuntrattur abbord il-vapuri tal-Gozo Channel.  Il-Cabin Attendants qed jintalbu ma jnaddfux it-toilets ta’ fuq il-vapur u l-baħrin qed jintalbu biex ma jorbtux il-vapur mal-moll u lanqas ma jinżlu fil-garaxx. Dawn id-direttivi qed jingħataw fid-dawl li ħaddiema tal-kuntrattur jagħmlu…

Ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema  ta’ Aġenzija Sapport

Il-UĦM Voice of the Workers u Aġenzija Sapport iffirmaw ftehim  kollettiv ġdid għall-ħaddiema li jaħdmu fil-qasam tad-diżabbilta’ fi ħdan l-aġenzija. Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, f’kelmtejn fl-okkażjoni, qal li hu jinsab kuntent li dan il-ftehim kollettiv ġie konkluż b’mod sodisfaċenti u li se  jkompli jagħti gwida lill-Aġenzija biex tkompli tagħti…

Bżonn li titkattar il-kultura biex tgħin ħaddiema bi problemi mentali

Il-UĦM Voice of the Workers kienet waħda mill-unions li ffirmat dikjarazzjoni konġunta dwar il-ħarsien mentali fil-post tax-xogħol. Id-dikjarazzjoni hi impenn mill-firmatarji biex jikkollaboraw b’mod kostruttiv sabiex jgħaqqdu l-qasma bejn il-kliem u l-azzjoni meta jkun hemm kwistjonijiet relatati mas-saħħa mentali fil-post tax-xogħol fl-aħjar interessi ta’ min iħaddem u l-ħaddiema f’Malta. Josef Vella,  il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM…

Il-ftehim kollettiv il-ġdid għall-ħaddiema ta’ Aġenzija Sapport approvat b’maġġoranza ta’ 85 fil-mija

Il-UĦM Voice of the Workers tħabbar li l-ftehim kolletiv il-ġdid ta’ Aġenzija Sapport, li tħaddem numru kbir ta’ ħaddiema, fosthom, social workers, youth workers, community workers, occupational therapists, sign language interpretors, executives, leaders, coordinators, support workers u  ħaddiema amministrattivi, ġie approvat mill-ħaddiema b’85 fil-mija wara votazzjoni li saret il-Ġimgħa 5 ta’ Ottubru. Il-votazzjoni saret wara…

Anzjani – ġustizzja soċjali jew esklużjoni?

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Anzjani (KNA) żamm b’suċċess konferenza nazzjonali ta’ nofs ta’ nhar fl-Istitut Kattoliku l-Furjana nhar is-Sibt 29 ta’ Settembru. Is-suġġett kien; “Anzjani: Ġustizzja Soċjali jew Esklużjoni?” Anthony Agius Decelis, is-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva spjega l-ħidma tal-Gvern favur il-ġustizzja soċjali u kif din qed tolqot lill-anzjani. Ivan Bartolo, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall- Akkomodazzjoni…

Żjara ta’ kortesija mill-kandidat tal-PN għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew Peter Agius

Bħala parti  mill-kampanja elettorali tiegħu, Peter Agius, kandidat f’isem il-Partit Nazzjonalista għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew, għamel żjara ta’ kortesija lil UĦM Voice of the Workers fil-Furjana l-Erbgħa 3 ta’ Ottubru 2018. Hu ntlaqa’ minn Josef Vella, Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers, kif ukoll minn Jesmond Bonello,  Edwin Balzan u Gian Paul Gauci, Direttur u…