It-taħriġ hu l-uniku mod kif il-ħaddiem jinbidel għall-aħjar

Iffirmat ftehim kollettiv  ġdid għall-ħaddiema tal-FSWS “Ibqgħu għożżu u ndukraw it-taħriġ għax, fi kwalunkwe professjoni, it-taħriġ huwa l-uniku mutur biex il-ħaddiem ikompli jinbidel”. Dan qalu Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers f’ċerimonja li matulha kien iffirmat ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS). L-avveniment sar fl-Awla Magna tal-Universita’ il-Qadima,…

Xiftijiet inumani fl-impjant tal-Malta North tal-Wasteserv

Il-UĦM Voice of the Workers irreġistrat tilwima industrijali mal-Wasteserv wara li l-kumpanija, minn jeddha u mingħajr l-ebda konsultazzjoni mal-UĦM, ippermetiet l-introduzzjoni ta’ xiftijiet inumani fejn il-ħaddiema saħansitra jkollhom jibdew il-ħidma tagħhom fis-1 a.m. Dawn il-ħaddiema, magħrufin fil-Wasteserv bħala dawk tad-D-Shift, ingħataw kundizzjonijiet inqas minn kollegi tagħhom, kemm b’nuqqas ta’ allowances, vacation leave, ħlas tal-Ħdud, kif…

Ħtieġa li l-ħaddiema kollha jkunu involuti fil-proċess tad-djalogu soċjali

“Il-ħaddiema kollha għandhom ikunu involuti fil-proċess  tad-djalogu soċjali”. Dan qalu Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, f’konferenza ta’ ġurnata organizzata mill-istess union u mill-Federazzjoni tal-Assoċjazzjonijiet tal-Ħaddiema  Industrijali (OBES) tal-Greċja. L-avveniment sar fl-Istitut Kattoliku, il-Furjana nhar it-Tnejn 16 ta’ Lulju 2018. Josef Vella tkellem dwar il-Politika Attiva tas-Suq tax-Xogħol u fisser li…