Tikseb ir-rikonoxximent tal-ħaddiema tal-irmiġġi

Il-UĦM Voice of the Workers għadha kif kisbet ir-rikonoxximent tal-mooringmen (ħaddiema li jagħmlu xogħol ta’ irmiġġi) li huma impjegati ta’ Signal 8,  kumpanija li tipprovdi s-servizzi tagħha lill-Gozo Channel. L-eżerċizzju tal-verifika sar quddiem id-Direttur tax-Xogħol fejn ġie kkonfermat li  l-UĦM għandha l-maġġoranza tal-membri. B’riżultat  ta’ dan, din il-union issa se tkun  qed tifforma kumitat fil-post…

Il-Proposti tal-UĦM Voice of the Workers għal-Elezzjoni Ġenerali 2017

Il-UĦM Voice of the Workers ippreżentat l-proposti tagħha għall-manifest elettorali b’rabta mal-Elezzjoni Ġenerali li se ssir nhar  is-Sibt 3 ta’  Ġunju 2017 Bit-tema ‘Il-Vuċi tagħna u ta’ Uliedna’, is-sitt proposti li qed tressaq il-UĦM Voice of the Workers jistgħu jgħinu ħafna biex ikollna pajjiż iktar ġust, b’saħħtu, ippreparat għall-isfidi kif ukoll li jkun lest li…

Il-UĦM Voice of the Workers u l-MAM b’dikjarazzjoni ta’ prinċipju

Il-UĦM Voice of the Workers kif ukoll l-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) qed jitolbu liż-żewġ partiti l-kbar sabiex, minnufih wara  l-Elezzjoni Ġenerali, il-kuntratt ma’ Vitals Global Health Care ikun pubblikat b’mod sħiħ, u xejn ma jiġi moħbi. Dan kif diġà ġie deċiż b’mod unanimu fil-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi tal-Parlament,  li l-kuntratti ma’ Vitals jiġu  investigati mill-Awditur Ġenerali…

Jeskalaw id-direttivi għall-inġiniera li jaħdmu fl-impjanti tad-drenaġġ

L-inġiniera li jaħdmu fl-impjanti għat-tisfija tad-drenaġġ fi ħdan il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) għadhom mingħajr rimedju fuq id-diskriminazzjoni li qed tolqothom. In-news portal Voice of the Workers irrappurtat il-ġimgħa li għaddiet, fost oħrajn, li l-inġiniera qed jilmentaw għax qed jiġu ddiskriminati meta mqabbla ma’ ħaddiema oħra li jaħdmu fl-istess impjanti.  Il-professjonisti ntebħu li mill-Ftehim Kollettiv li…

Solidarjeta’ mal-ħaddiema fl-impjant tal-WasteServ f’Sant’Antnin

Il-UĦM Voice of the Workers qed turi solidarjeta’ u toffri assistenza lill-membri u ħaddiema li huma stazzjonati fl-impjant tal-Wasteserv li jinsab f’Sant Antnin, Marsaskala. Din il-union tfaħħar il-mod kif ġiet ikkontrollata l-evakwazzjoni bl-għajnuna ta’ diversi impjegati, fosthom membri tal-kumitat tal-UĦM, kif ukoll voluntieri li baqgħu jgħinu fit-tifi tan-nirien.  Minn informazzjoni li għandha din il-union, jidher…

Appell biex ikunu rranġati l-anomaliji fil-pensjonijiet tas-servizz

Issa li l-Gvern   ħabbar id-data tal-elezzjoni ġenerali, it-Taqsima Pensjonanti fi ħdan UĦM Voice of the Workers tħoss li wara erba’ snin ta’ Gvern Laburista ma ġewx ikkoreġuti l-anomaliji li nħolqu fil-pensjonijiet ta’ dawk l-impjegati tas-servizz, hekk kif kien imwiegħed fil-Programm Elettorali tiegħu fl-2013. It-Taqsima tfakkar li fil-Programm Elettorali 2013, il-Partit Laburista f’pagna 79 Klawsola…

L-UE trid tpoġġi s-sussidjarjeta’ fil-prattika

“L-Unjoni Ewropea trid tkun rilevanti billi tpoġġi s-sussidjarjeta’ fil-prattika għax iċ-ċittadini mhumiex qed jingħataw vuċi, mhumiex qerd jingħataw widen. Li tkun ottimist hu tajjeb fil-ħajja imma  mhux biżżejjed. L-UE trid taġixxi bis-serjeta’.” Dan qalu Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv  ta’ UĦM Voice of the  Workers fid-diskors tiegħu matul il-laqgħa tal-Grupp għall-Ħaddiema fi ħdan il-Kumitat Ekonomiku u…

Laqgħa mal-President tal-Grupp għall-Ħaddiema fi ħdan il-EESC

Il-UĦM Voice of the Workers u l-General Workers’ Union iltaqgħu ma’ Gabriele Bischoff, il-President tal-Grupp għall-Ħaddiema fi ħdan il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali  Ewropew (EESC) fil-bini tal-GWU, il-Belt l-Erbgħa 10 ta’ Mejju 2017. Matul din il-laqgħa, li għaliha attendew fost oħrajn Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the  Workers, u Dr.  Philip von Brockdorff,…

Azzjonijiet industrijali fil-Gozo Channel

It-Taqsima Port u Trasport fi ħdan il-UĦM Voice of the Workers mil-lum ordnat sensiela ta’ azzjonijiet industrijali lill-Uffiċjali tal-Gozo Channel. Dan wara li kien hemm nuqqas ta’ qbil fuq il-ftehim kollettiv. Uħud mill-azzjonijiet li qed ikunu ordnati jinkludu: vjaġġi skedati li jsiru skont l-iskeda u ma jsir l-ebda vjaġġ żejjed kif ukoll li jsir vjaġġ wieħed…