Iċ-Chairperson tal-Awtorita’ tax-Xandir tirriżenja

L-isforzi li saru mill-UĦM Voice  of the Workers biex tiġġieled għad-drittijiet u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema fl-Awtorita’ tax-Xandir, taw il-frott tagħhom għax ftit tal-ħin ilu tħabbar li Tanya Borg Cardona, iċ-Chairperson tal-Awtorita’ tax-Xandir, issottomettiet ir-riżenja tagħha. Fi stqarrija, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ikkomunika li ċ-Chairperson ippreżentat ir-riżenja tagħha lill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca. Filwaqt li…

Ippreżentata ittra ta’ protesta dwar il-qagħda fl-Awtorita’ tax-Xandir lill-PM u lill-Membri Parlamentari

Uffiċjali minn UĦM Voice of the Workers, flimkien ma’ ħaddiema tal-Awtorita’ tax-Xandir, ippreżentaw ittra lill-Prim Ministru, lill-Kap tal-Oppożizzjoni u lill-membri miż-żewġ naħat tal-Kamra tar-Rappreżentanti qabel ma bdiet seduta parlamentari li matulha ġie diskuss l-Abbozz ta’ Liġi dwar il-Media u d-Defamazzjoni. Il-preżentazzjoni tat-tieni ittra mill-ħaddiema lill-Prim Ministru saret biex tkompli tkun enfasizzata s-sitwazzjoni preżenti tal-ħaddiema fl-Awtorita’…

Ftit wisq tard ħafna

F’laqgħa ta’ konċiljazzjoni li saret illum f’12 p.m. bejn il-management tal-Awtorita’ tax-Xandir u rappreżentanti minn UĦM Voice of the Workers, irriżulta li ma ntlaħaq ebda qbil fuq is-sitwazzjoni preżenti f’din l-Awtorita’. Għal din  il-laqgħa ċ-Chairperson  ma kinitx preżenti. Matul  din il-laqgħa ta’ madwar siegħa, il-management tal-Awtorita’ offra li r-rwol taċ-Chairperson Tanya Borg Cardona jiġi llimitat…

Il-UĦM Voice of the Workers preżenti fil-laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-ETUC li saret f’Malta

Il-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (ETUC) laqqgħet il-Kumitat Eżekuttiv tagħha bejn l-Erbgħa 15 u l-Ħamis 16 ta’ Marzu 2017. Il-UĦM Voice of the Workers, li wkoll hi membru fl-ETUC, attendiet din il-laqgħa flimkien ma’ rappreżentanti mill-Konfederazzjoni tat-Trade Unions Maltin (CMTU). Il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza l-laqgħa u qal li Ewropa mingħajr drittijiet soċjali hi Ewropa bla…

Il-UĦM issejjaħ għar-riżenja taċ-Chairperson tal-Awtorita’ tax-Xandir

Il-UĦM Voice of the Workers ordnat azzjonijiet industrijali fl-Awtorita’ tax-Xandir u sejħet għar-riżenja taċ-Chairperson,  Tanya Borg Cardona. F’konferenza tal-aħbarijiet quddiem l-Awtorita’ tax-Xandir fil-Ħamrun, Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice  of the Workers, fisser li wara xhur ta’ intimidazzjoni, bullying u tgħajjir, il-ħaddiema ma jifilħux iżjed u l-union qed taġixxi permezz ta’ azzjonijiet industrijali. B’effett…

Il-qagħda fl-Awtorita’ tax-Xandir diskussa f’Mhux Għax Jimpurtani fuq Net TV

Il-kriżi fl-Awtorita’ tax-Xandir kienet  is-suġġett tal-programm “Mhux Għax  Jimpurtani” li xxandar fuq Net TV nhar it-Tlieta 28 ta’ Frar 2017. Fil-programm ħa sehem Gian Paul Gauci, Assistent Direttur ta’ UĦM Voice of the Workers li, fost oħrajn fisser, li l-problema prinċipali fl-Awtorita’ mhi ħadd  ħlief Tanya Borg Cardona. L-attitudni tagħha lejn il-ħaddiema u n-nuqqas ta’…

IL-UĦM kienet profetika dwar il-kriżi fil-governanza

Il-UĦM Voice of the Workers kienet profetika meta kważi sena ilu kienet ikkummentat, permezz tar-rivista elettronika tagħha Voice of the Workers, dwar il-qagħda fil-pajjiż u kienet saħqet li din  il-leġiżlatura hi tassew karatterizzata  minn ġrajjiet li juru kriżi fil-governanza. F’dawn  l-aħħar jiem il-Kamra tal-Kummerċ,  l-Industrija u l-Intrapriża kif ukoll l-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (MEA) ħarġu…

L-importanza tal-unions fit-tagħlim matul il-ħajja

  “Il-unions illum iridu jisħqu fuq it-tagħlim matul il-ħajja u l-UĦM hi strumentali biex tħarreġ lill-ħaddiema bi dritt”. Dan  qalu James Calleja, id-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP) f’laqgħa tal-Bord Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers li saret it-Tnejn 27 ta’ Frar 2017. Dr. Calleja għamel preżentazzjoni dwar ir-rwol ta’ CEDEFOP u  t-taħriġ…