Il-MUMN tkompli tisserva mill-Gvern

Il-UĦM Voice of the Workers tosserva, bl-aktar mod ċar, li l-Union Maltija għall-Infermieri u l-Qwiebel (MUMN) qed tħalli lill-Gvern ikompli jużaha sabiex tkompli tipprova tkisser ix-xogħol li din il-union u l-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) qed jagħmlu f’isem il-ħaddiema – il-ħarsien tal-interessi tagħhom. Deher biċ-ċar li l-MUMN diġa’ iffirmat ftehim mal-Gvern iżda ħadd ma jaf x’iffirmat,…

Iffirmat l-ewwel ftehim bejn il-UĦM u l-Malta Freeport Terminals Limited

Il-UĦM Voice of the Workers bi pjaċir tħabbar l-iffirmar ta’ ftehim kollettiv għax-Shift Leaders li jaħdmu fil-Malta Freeport Terminals Limited (MFTL) u li sar nhar it-Tnejn 12 ta’ Diċembru 2016. Dan il-ftehim intlaħaq wara diversi negozjati u l-andament tad-diskussjonijiet bejn  il-UĦM u l-management  tal-Port Ħieles kien wieħed tajjeb ħafna. Minn dan  il-ftehim, ix-Shift Leaders fil-Port…

Sena oħra ta’ ħidma mill-UĦM Voice of the Workers

F’diskors qasir waqt attivita’ tal-Milied organizzata mit-Taqsima Pensjonanti tal-UĦM Voice of the Workers, il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Josef Vella tkellem dwar sena oħra ta’ ħidma minn din il-union u saħaq, fost oħrajn, dwar il-bżonn li tkun introdotta l-Pensjoni tat-Tieni Pilastru għax Malta baqgħet wieħed mill-ftit stati membri fl-Unjoni Ewropea li għadu ma daħħalhiex. Il-Kap Eżekuttiv ta’…

Il-UĦM tikkummenta dwar l-iskema tal-GWU u dwar id-dubji fuq il-kuntratti tal-privatizzazzjoni tal-isptarijiet

Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers, ħa sehem fil-programm Mhux Għax Jimpurtanti li xxandar fuq Net TV il-Ħamis 1 ta’ Diċembru u li  matulu hu tkellem dwar l-iskema li biha qed tiġi kritikata l-General Workers’ Union (GWU) – skema li m’għandha x’taqsam xejn mal-Garanzija taż-Żgħażagħ u mal-proġetti tal-Work Programme. Fil-programm ta’ diskussjoni, …